Issir konsulent tal-gvern in-neputija tal-President

Joseph Cuschieri, l-ex kap diżonorat tal-MFSA, li jiġi missier Katrina Cuschieri, lill-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli kien impjegaha qabel ma daħlet fil-politika

 

This article is available in English

Katrina Cuschieri għandha 23 sena: tiġi n-neputija tal-President George Vella u bint l-ex kap diżonorat tal-Malta Financial Services Authority. Minkejja l-fatt li għad trid tiggradwa uffiċjalment u m’għandha l-ebda esperjenza, xorta ħatruha konsulent tal-gvern.

Ftit jiem biss mindu ġiet lura Malta wara inqas minn sena tistudja l-Ingilterra, n-neputija tal-President George Vella, il-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli ħatritha person of trust u tatha pakkett finanzjarju ta’ 50,000 Ewro.

Sorsi fi ħdan il-Ministeru ta’ Dalli qalu x’ħasda ħadu b’dan il-każ “sfaċċat ta’ nepotiżmu” meta semgħu li din it-tfajla ta’ 23 sena kellha tkun il-konsulent il-ġdid tal-ministru. Qalu li Katrina Cuschieri bdiet taħdem il-Ministeru ftit ġimgħat ilu u diġà uriet li “m’hix f’pożizzjoni li lill-Ministru tagħtiha l-pariri”.

Oħrajn qalulna bix-xokk li ħadu l-kollegi universitarji tagħha meta saru jafu li dan il-job tawhulha ftit ġranet biss wara li ġiet lura minn Londra, meta huma għadhom qegħdin jitħabtu biex isibu impieg.

“Għalkemm aħna iktar ikkwalifikati minnha, għadna qed nfittxu job biex nibdew il-ħajja tax-xogħol tagħna… imma mid-dehra ulied il-ministri u nies oħra b’konnessjonijiet tajba, bla ebda kompetizzjoni ta’ xejn, qed ituhom salarji fenomenali allavolja għadhom kemm bdew jaħdmu, mentri aħna rridu nitħabtu biex insibu l-ewwel job tagħna imħallas bis-soldi.”

Normalment il-job ta’ konsulent tal-gvern jingħata lil impjegat bi snin ta’ esprjenza. B’dan kollu, The Shift għandha informazzjoni li din il-ħatra approvawha mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bir-rakkomandazzjoni personali tal-Ministru Dalli.

Miriam Dalli kient ħadmet snin sħaħ ma’ Joseph Cuschieri, missier Katrina. L-ex kap diżonorat tal-MFSA li kellu jirreżenja, lil Dalli, ex reporter ma’ ONE TV, kien taha job meta kien senior manager ma’ Vodafone, li issa saret Epic.

Missier Katrina, Joseph Cuschieri, huwa accountant, u meqjus parti mill-klikka tal-ex prim ministru diżonorat Joseph Muscat. Ftit wara li rreżenja Muscat, Cuschieri kellu jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu bħala kap tal-MFSA, li kienet tirrendilu 150,000 Ewro fis-sena.

Lil Cuschieri ordnawlu jirreżenja wara li fil-qorti irriżulta li flimkien mal-ħabiba tal-qalb, Edwina Licari, kien mar Las Vegas għal btala b’xogħol, imħallsa minn Yorgen Fenech. Fenech kien mar magħhom flimkien mal-kap diżonorat tal-OPM Keith Schembri.

Iktar tard irriżulta li Cuschieri kien interessa ruħu personalment biex lil Licari jimpjegawha l-MFSA b’paga ta’ 100,000 Ewro. It-tnejn li huma daru d-dinja flimkien b’xi 35 vjaġġ, li lil min iħallas it-taxxa, swewlu 500,000 Ewro.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
jas
jas
1 year ago

Funds approved by the Finance Minister.

Related Stories

Il-VistaJet tiftaħ kawża ta’ €386 miljun kontra kumpanija rivali
Read in English. Il-kumpanija tat-titjiriet privati VistaJet, irreġistrata f’Malta,
Il-pulizija rċeviet l-investigazzjoni interna ta’ TM dwar l-iskandlu tar-RHIBs – l-ebda akkuża s’issa
Read in English. Transport Malta għadha kif ikkonfermat ma’

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo