Ir-reklamar tal-metro: Biex jevita li jkollu joħroġ tender, kont ta’ €420,000 mit-TEC, Ian Borg qasmu f’20 direct order

You can read this article in English here

Investigazzjoni li għamlet The Shift News kixfet ksur serju tar-regoli tal-procurement u abbuż sfaċċat ta’ flus il-poplu li għamlet Transport Malta, taħt id-direzzjoni tal-Ministru Ian Borg.

F’Mejju li għadda, dan is-sit kien kixef li f’Novembru, biex tvara l-proġett tal-Metro, Transport Malta kienet ħarġet 20 direct order separati lil The Events Company (it-TEC) – il-kumpannija li juża l-Labour biex jorganizza l-events tal-massa. Imma issa The Shift tista’ tikkonferma li s-somma totali tal-20 direct order, li tiġi iktar minn €420,000, inħadmet skont stima waħda li t-TEC bagħtitilha f’Awwissu tal-2021.

Dan l-event dam għaddej ħmistax-il ġurnata, fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Ottubru 2021, u fih kienu għamlu l-preżentazzjonijiet tagħhom il-Prim Ministru Robert Abela u Ian Borg, li dak iż-żmien kien il-Ministru tat-Trasport. Imma The Shift skopriet li l-approvazzjoni attwali tal-procurement, kif jirrikjedi l-Ministeru tal-Finanzi, ingħata biss xahar iktar tard (fit-8 ta’ Novembru), wara li l-event kien diġà sar.

Transport Malta kisret ir-regoli tal-procurement b’mod sfaċċat, għax il-kont li bagħtet it-TEC qasmitu f’20 direct order differenti. Dan wassal għas-suspett li l-ħaġa saret apposta biex tevita li jkollha tispjega għax ma ħarġitx tender qabel ma sar l-event, prassi standard u obbligatorja tar-regoli tal-procurement.

The Shift irrappurtat ukoll li fil-kampanja elettorali personali tiegħu li saret f’Marzu, Ian Borg, is-servizzi ta’ din l-istess kumpannija kien utilizzahom bil-kbir biex l-events torganizzahomlu; u ħaġa tal-iskantament, dawn swewlu ħafna inqas mill-eluf ta’ Ewro li ħallset Transport Malta għall-istess tip ta’ servizz.

L-istima ta’ tlett faċċati li t-TEC bagħtet lil Transport Malta, The Shift waslet għaliha bis-saħħa ta’ talba FOI. Minnha jidher li din il-kumpannija, lir-regolatur tat-trasport, tagħtu kont ħafna ogħla għas-servizzi tagħha milli jitolbu s-soltu l-kompetituri l-oħra tagħha.

Ngħidu aħna, għal tinda ‘marquee’, Charles Magro tat-TEC, lil Transport Malta żammilha xejn inqas mis-somma fenomenali ta’ €40,000, u magħhom żied spejjeż oħra għat-tiżjin: €50,000 biex jikri screens LED; €15,000 għall-kisi tal-art bl-injam; €24,000  għad-drapp; €22,000  għas-sistema tal-air condition (minkejja li l-event saret f’Ottubru); u €33,000 biex idawwal madwar it-tinda.

It-tnedija nnifisha ħadet inqas minn siegħa u għaliha attenda l-prim ministru: għal dil-biċċa biss, it-TEC Ltd, lill-poplu waħħlitu kważi 70,000 Ewro spejjeż iżjed, fosthom €3,000 għal min ġibed il-video, €800  għal min mexxa, u kważi €800 oħra għal ‘toilet lussuż’ biex jużawh il-mistidnin tal-Ministru Ian Borg.

Toni Bezzina, l-MP tal-PN, ilu żmien isus għall-informazzjoni dwar din l-attività, bis-saħħa ta’ numru ta’ mistoqsijiet parlamentari, u b’hekk sirna nafu li apparti it-TEC Ltd, ibbenefikaw entitajiet kummerċjali oħra viċin il-Labour.

Fost kontijiet oħra li ħallset Transport Malta għall-istess avveniment, kien hemm €4,750  għall-istampar lil iCreate Ltd (kumpannija oħra ta’ Charles Magro); €300  lil Pablo Micallef, direttur fuq il-bord tal-PBS, preżentatur tat-TV u kelliem għall-Water Services, talli kien il-compere; €2,320 lill-Busy Bee għar-riċeviment; €15,390 lill-aġenzija tal-PR Pure Concepts u €18,557  lil iLab għall-inkwadri.

IL-kandidat indipendenti Arnold Cassola, lill-Kummissarju tal-Istandards talbu jinvestiga lil Ian Borg dwar dan kollu li sirna nafu.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

2 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Out of Curiosity
Out of Curiosity
1 year ago

Unfortunately, this has become the normal practice in Government’s entities in particular, to an extent that nobody is bothered any longer to stop this continuous breach of regulations. Reporting incidents of this kind might bring with it a very unpleasant outcome to the detriment of honest public administrators instead. Unbelievable but true. This is Labour. Enjoy!

KLAUS
KLAUS
1 year ago

Malta Metro kienet sewa €76,981.76.
Jekk aktar, għaliex? Fejn marru l-flus?
Fejn marru flusna?

Related Stories

Il-pulizija rċeviet l-investigazzjoni interna ta’ TM dwar l-iskandlu tar-RHIBs – l-ebda akkuża s’issa
Read in English. Transport Malta għadha kif ikkonfermat ma’
Is-Segretarja Parlamentari għall-Ugwaljanza siekta dwar ir-ritorn ta’ Axisa
Read in English. Rebecca Buttigieg, is-segretarja parlamentari għar-riformi u

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo