Il-president tal-PL għadha ma provdiet l-ebda rċevuta tal-cruise b’xejn

Wara r-rappurtaġġ ta’ The Shift li l-eks ajjutanta tal-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat kienet dehret qed takkumpanja lis-sieħeb tagħha fuq cruise b’xejn fil-Mediterran mogħti lis-sieħeb tagħha Andrew Debattista meta l-kumpanija kienet qed tinnegozja ftehim mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), Attard marret fuq il-midja soċjali biex tikkritika lill-ġurnalisti li kixfuha.

Filwaqt li baqgħet tinsisti li hi kienet il-mistiedna tas-sieħeb tagħha, meniġer imlaħħaq fl-ITS u fil-kumpanija tas-CEO tal-ITS Pierre Fenech u martu Romina, hi kitbet ukoll li kienet ħallset għat-titjiriet tagħha u għall-cruise minn butha.

Madankollu sal-lum għadha ma ppreżentat l-ebda rċevuta meta mitluba minn The Shift.

The Shift kien irrapporta li Attard kienet fost il-mistednin ta’ Viking Cruises – kumpanija tal-cruises ibbażata l-Iżvizzera – biex tattendi Ancona l-Italja għal ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-aħħar cruiseliner lussuż tal-kumpanija u mbagħad iddur mal-Mediterran abbord il-bastiment għal ħamest ijiem.

Meta sar dan il-vjaġġ fuq il-cruise, l-ITS kien qed jinnegozja ma’ Viking Cruises dwar il-possibbiltà ta’ taħriġ mill-Istitut ta’ xi ħaddiema tal-kumpanija.

Sieħeb Ramona Attard kien mistieden wara li Frank Fabri, eks segretarju permanenti li ħa impjieg fl-ITS wara li ġie mġiegħel jirreżenja, ma aċċettax l-istedina.

Skont is-CEO tal-ITS, li qed jitħallas ukoll paga ta’ CEO ta’ organizzazzjoni governattiva oħra, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, dan “il-gift” aċċettawh bl-approvazzjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu mmexxi mill-ministru Clayton Bartolo.

Ramona Attard kienet minn ta’ ġewwa fiċ-ċirku tal-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat.

Ramona tpappiha tajjeb

Kemm ilu fil-poter il-Labour, Ramona Attard, li sal-2013 kienet ġurnalista mal-istazzjon televiżiv Laburista, irnexxielha tieħu vantaġġ mir-rabtiet politiċi tagħha.

Minnufih wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013, hi kienet saret il-kap tas-segretarjat ta’ Ian Borg li dak iż-żmien kien laħaq segretarju parlamentari.

Wara ftit xhur, Attard ingħaqdet mal-eks ministru għall-intern Manuel Mallia bħala viċi kap tas-segretarjat iżda żammet il-perkaċċi kollha li kellha għax qalulna li Mallia kien taha xi “responsabbiltajiet addizzjonali”.

F’dik il-kariga, Attard kienet tpoġġiet fuq bord relatat mal-eżerċizzju tal-promozzjonijiet ta’ uffiċjali għoljin fl-armata, li l-Ombudsman kien sejjaħlu “ivvizzjat”.

Wara li Mallia kien ġie mġiegħel jirreżenja minħabba sparaturi mix-xufier tiegħu, hi kienet ingħaqdet ma’ Kurt Farrugia bħala konsulenta tal-komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (l-OPM).

Filwaqt li ħadmet full-time fl-OPM b’pakkett ta’ €50,000, Attard irnexxielha ssib ħin biex tagħmel kors ta’ ħames snin full-time fl-Università ta’ Malta u fl-2017 iggradwat bħala avukata.

Minn dakinhar sal-lum, kemm-il darba ngħatat ħlasijiet mill-gvern biex tipprovdi s-servizzi legali tagħha.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-ebda riforma fil-liġi tal-ippjanar minkejja l-wegħda tal-Prim Ministru sena ilu
Read in English. Issa għaddiet iżjed minn sena minn
Is-Serqa tal-Isptarijiet: wasal il-mument
Read in English. L-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo