MIKXUF: il-kuntratt ta’ Rosianne mal-ITS… u mhux preċiż kif qaltlu, lil Yorgen

Bis-saħħa ta’ talba Freedom of Information, il-kuntratt, The Shift qed tiżvelah.

 

This article is available in English

It-tielet salarju tagħha, l-MP Laburista Rosianne Cutajar bdiet tirċevih mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (l-ITS) tliet xhur qabel ma lil Yorgen Fenech kienet qaltlu li kienet iddeċidiet tidħol għal din il-konsulenza.

Il-kuntratt ta’ Cutajar mal-ITS, The Shift kienet ġabitu bis-saħħa ta’ talba Freedom of Information. Minnu jidher li Cutajar bdiet tirċievi s-salarju mill-ITS tliet xhur qabel it-taħdita tagħha ma’ Fenech.

Fiċ-chats fuq il-Whatsapp li ppubblika Mark Camilleri nhar it-Tlieta, fil-11 ta’ Lulju 2019, Cutajar tgħid lil Fenech li kienet se tidħol għal konsulenza mal-ITS għax kienet xebgħet – kulħadd kien qed jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu għall-gwadann personali tiegħu.

“Issa ġejt għala biebi ħa nidħol konsulenta ta’ Pierre ITS u ndaħħal paga oħra”, kienet qaltlu lil Fenech.

Dan il-kuntratt tagħha mal-ITS huwa ddatat it-2 ta’ Mejju 2019 u allura hemm dubju jekk kienx backdated. Dan il-kuntratt – Rosianne Cutajar ITS contract – The Shift qed tagħmilha possibbli li wieħed iniżżlu mill-internet.

Lil Fenech tgħidlu li dan qed tagħmlu biex taqla’ salarju ieħor, imma Cutajar diġà kienet qed tirċievi żewġ salarji oħra mħallsa mit-taxxi tagħna, żewġ salarji li flimkien jammontaw għal 60,000 Ewro.

Mill-kuntratt li qed tippubblika The Shift jidher li lil Cutajar, Fenech taha kuntratt għal tliet snin bi ħlas ta’ 27,000 Ewro fis-sena għal servizz ta’ 24 siegħa fil-ġimgħa.

Cutajar għandha l-professjoni ta’ għalliema, imma l-kuntratt jgħid li bħala konsulent tas-CEO tal-ITS kellha “taħdem mill-viċin mas-CEO biex tħejji l-budget annwali”, “ir-rapporti finanzjarji u mhux finanzjarji tiflihom biex issib is-soluzzjonijiet u ġġib it-titjib”, u “x-xogħol kollu u l-attività tal-business tissorveljahom” waqt li lil Fenech kellha  tgħinu fid-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu ta’ kuljum.

Mill-fondi tal-istat Cutajar kienet qed titħallas 22 Ewro fis-siegħa, u fl-istess ħin kienet qed taqla’ salarju ta’ 44,000 Ewro għal job full time mal-OPM, kif ukoll 31,000 Ewro mill-Parlament.

Skont id-dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul għas-sena 2019, Cutajar iddikjarat dħul totali ta’ 82,000 Ewro għal dik is-sena, imma kienet ‘insiet’ tiddikjara l-eluf li daħħlet f’commission għal negozju ta’ propjetà l-Imdina li kienet tinvolvi lil Yorgen Fenech.

 

 

 

                           
                           
                               
guest

2 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
carlos
2 months ago

U jien niddikjara sa l-anqas centezmu biex din il-hanzira tibqa tithanzer. Mela kellu ragun anglu jghid li l]-parlament MAQJEL GHALIEX post il-hniezer huwa fil-maqjel.

Ace
Ace
2 months ago

The PM’s favorite girl!

Related Stories

Is-serqa tal-isptarijiet: investigat Joseph Muscat minħabba l-konsulenza Svizzera u ħwejjeġ oħra
This article is available in English L-investigaturi qed jiflu bir-reqqa
Il-kap diżonorat tal-MFSA tawh ħatra governattiva ġdida
This article is available in English The Shift tista’

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo