Esklussiva: Uffiċjali anzjani tal-Ministeru għal Għawdex akkużati bi qtil involontarju

L-uffiċjali tal-fondazzjoni tal-GWU jevitaw il-prosekuzzjoni

 

This article is available in English

Tlett uffiċjali anzjani tal-Ministeru għal Għawdex akkużawhom li kkawżaw il-mewt ta’ Charlie Attard f’Marzu tal-2021 f’inċident li fih kien involut dan l-impjegat tal-Community Worker Scheme li kellu 52 sena. Kienu tawh jagħmel xogħol ta’ maintenance f’latrina d-Dwejra li lanqas biss ma kellha il-permess.

Dawn it-tliet uffiċjali pubbliċi tellgħuhom il-qorti u akkużawhom iktar minn ġimgħatejn ilu, imma la l-pulizija u lanqas il-Ministeru għal Għawdex ma ħarġu avviż pubbliku; u l-media prinċipali, din l-aħbar lanqas ma rrappurtatha.

The Shift għandha informazzjoni li t-tliet uffiċċjali anzjani, akkużati fost offiżi serji oħra kriminali, bi qtil involontarju, huma Vicky Xuereb ta’ 43 sena mill-Munxar, id-Direttur Ġenerali tal-Ministeru; Joseph Cutajar ta’ 43 sena minn Victoria, id-Direttur tat-Taqsima Eco Gozo tal-Ministeru; u Joseph Xuereb, ta’ 54 sena mill-Munxar, manager fl-istess Ministeru.

Apparti t-traskuraġni u l-aġir mhux professjonali li wassal għall-mewt ta’ dan l-impjegat ta’ 52 sena, lil dawn it-tliet uffiċjali pubbliċi anzjani akkużawhom ukoll li kisru l-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà., għax lil dan l-impjegat, qabel ma tawh ix-xogħol, ma qisux kienx hemm xi riskji u lanqas ma pprovdewlu t-tagħmir meħtieġ għas-saħħa u s-sigurtà.

The Shift hija infurmata wkoll li ma ttieħdet l-ebda azzjoni kontra dawn it-tliet uffiċjali minkejja r-regolamenti speċifiċi li hemm dwar is-servizz pubbliku. Dawn ir-regolamenti, il-ministeru  jobbligawh, lill-uffiċjali li jkunu qed jiffaċċaw akkużi kriminali, jissospendihom awtomatikament.

Kulħadd jaf li t-tliet uffiċjali pubbliċi għandhom relazzjoni mill-qrib mal-ministri Għawdxin fl-amministrazzjoni Laburista, u lill-OPM qed jagħmlulu pressjoni biex ma jissospendihomx skont ma hemm ipprovdut fil-Public Service Management Code (il-PSMC).

Vicky Xuereb u Joseph Cutajar huma viċin il-Ministru Clint Camilleri, waqt li Joseph Xuereb, li kien nursing aide, kien sar manager fil-Ministeru għal Għawdex meta kien jieħu ħsiebu Anton Refalo fl-2013.

L-impjegat li miet kien jaħdem mal-Community Workers Scheme, skema tal-gvern maħsuba biex lil min hu bla xogħol, tagħtih impieg. Din l-iskema tamministraha bi ħlas fondazzjoni tal-General Workers Union. S’issa ma għadhom akkużaw l-ebda uffiċjal tal-fondazzjoni. Victor Carachi, il-president tal-GWU huwa direttur fil-bord tal-fondazzjoni, flimkien ma uffiċjali oħra tal-union.

L-akkużi jmorru lura għal Marzu tal-2021 meta miet Attard wara li sfondra fuqu s-saqaf ta’ latrina d-Dwejra, San Lawrenz, fejn kien qed jaħdem, u radmu.

Mill-inkjesta li għamlet il-Maġistrat Bridgette Sultana rriżulta li kien hemm it-traskuraġni min-naħa ta’ min impjegah u kellhom jiġu akkużati għadd ta’ uffiċjali tal-gvern li allegatament kienu responsabbli għall-mewt ta’ Attard.

F’Awwissu li għadda, The Shift kienet irrappurtat li 17-il xahar wara l-inċident, u wara li ntemmet l-inkjesta, il-pulizija kienu għadhom ma mxewx mal-ordni tal-maġistrat.

Ftit wara li din l-istorja ppubblikajniha, il-pulizija akkużaw uħud minn dawk implikati f’dan l-inċident traġiku.

Ritratt: It-tlieta akkużati: Joseph Xuereb, Joseph Cutajar u Vicky Xuereb

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Joseph
Joseph
1 year ago

Mela haddiem tal-id meta jigi mibghut biex jahdem f’kamra ser joqoghod jara is-saqaf jekk hux sewwa jew safe. JISTA WIEHED JGHID X’TIP TA’XOGHOL QABDUH JAGHMEL. JEKK HUX TISWIJA TA’ SAQAF ‘XIBKA’ , ZEBGHA TAL-HITAN JEW L’ART.

Related Stories

Il-VistaJet tiftaħ kawża ta’ €386 miljun kontra kumpanija rivali
Read in English. Il-kumpanija tat-titjiriet privati VistaJet, irreġistrata f’Malta,
Il-pulizija rċeviet l-investigazzjoni interna ta’ TM dwar l-iskandlu tar-RHIBs – l-ebda akkuża s’issa
Read in English. Transport Malta għadha kif ikkonfermat ma’

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo