Il-kap diżonorat tal-MFSA tawh ħatra governattiva ġdida

This article is available in English

The Shift tista’ tirrapporta li Joseph Cuschieri, l-ex kap tal-Malta Financial Services Authority, li kellu jirreżenja fl-2020 wara li saret investigazzjoni interna, issa ngħata ħatra ġdida governattiva.

Il-Ministru għall-Ambjent, Miriam Dalli, lil Cuschieri ħatritu chairman tal-Eco-Contribution Appeals Board, awtorità semi ġudizzjarja li tisma’ l-appelli min-negozji li jikkontestaw il-kontribuzzjonijiet tat-taxxa eco għall-prodotti li jintroduċu fis-suq.

Nifhmu li din il-ħatra saret bis-saħħa tal-istruzzjonijiet diretti tal-Prim Ministru Robert Abela.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-mistoqsija ta’ The Shift, kif Cuschieri ngħata ħatra oħra governattiva wara li nstab li kiser l-etika fl-MFSA, ma weġibhiex.

Mit-tiftix li għamlet The Shift, jirriżulta li minkejja li Cuschieri rreżenja, il-Prim Ministru xorta żammu fil-bord tal-Malta Strategic Partnerships Projects Ltd (MSPPL). Din l-entità governattiva kien jisimha Projects Malta, imma isimha nbidel minħabba għadd ta’ proġetti skandalużi li kienet involuta fihom, inkluża l-konċessjoni vvizzjata tal-isptarijiet tal-gvern lil Vitals-Steward.

Din l-aġenzija tal-gvern hija responsabbiltà politika diretta tal-Prim Ministru Abela.

Cuschieri huwa wkoll l-uniku direttur ta’ negozju privat, jismu World Class Hospitality Management Company Ltd. Din waqqafha f’Novembru tal-2021 meta telaq mill-MFSA.

L-MSPPL bħalissa qiegħda tmexxi għadd ta’ proġetti ta’ privatizzazzjoni fis-settur tal-ospitalità, inkluża l-konċessjoni tal-Evans Building, in-naħa t’isfel tal-Belt, kif ukoll il-proġett l-ieħor li jinvolvi il-Palazz ta’ Selmun, li kien hotel tal-Air Malta.

Cuschieri rreżenja mill-pożizzjoni tiegħu fl-MFSA wara li rapport intern sabu ħati ta’ ksur ta’ etika meta flimkien ma’ Edwina Licari, il-General Counsel tal-MFSA, siefer Las Vegas ma’ Yorgen Fenech.

L-inkjesta mexxiha l-ex Prim Imħallef Joseph Azzopardi, u nstab li Cuschieri ma kienx mexa sew. L-MFSA dan ir-rapport, damet taħbih għal tlett snin, sakemm kellha tippubblikah wara talba Freedom of Information li għamlet The Shift.

Instab ukoll li Cuschieri kien qed jitħallas onorarjum mill-bord li mhux suppost kellu jieħu, u ntalab jirrifondih.

Instab ukoll li kien għawweġ ir-regolamenti biex lil Licari seta’ jimpjegaha.

The Shift irrappurtat ukoll li s-sajf li għadda, Katrina, it-tifla ta’ Cuschieri li għandha 23 sena, Miriam Dalli ħatriha konsulent full time.

Katrina hija n-neputija tal-President George Vella, u darba, Miriam Dalli kienet taħdem flimkien ma’ Cuschieri l-Vodafone.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

2 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Toni Borg
Toni Borg
8 months ago

Seems like Labour helps you when you help yourself…obviously to taxpayers money!!!

ROBERT PACE BONELLO
ROBERT PACE BONELLO
7 months ago

HA JMUR JAHXI XIMKIN IEHOR. PAJJIZ TAZ Z…. DAN MHUX PAJJIEZ – DAN GHAQDA MAFFIUSA

Related Stories

Il-VistaJet tiftaħ kawża ta’ €386 miljun kontra kumpanija rivali
Read in English. Il-kumpanija tat-titjiriet privati VistaJet, irreġistrata f’Malta,
Il-pulizija rċeviet l-investigazzjoni interna ta’ TM dwar l-iskandlu tar-RHIBs – l-ebda akkuża s’issa
Read in English. Transport Malta għadha kif ikkonfermat ma’

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo