Il-kuntratt tal-isptarijiet kien strument biex il-flus jgħaddu minn but il-pajjiż għal but il-VGH/Steward

Il-gvern ordnat iħallas parti mill-ispejjeż tal-Qorti

 

Il-Qorti tal-Appell matul il-jum tat-Tnejn ikkonfermat il-kuntratt multibiljunarju dubjuż tal-2015 li bih tliet sptarijiet pubbliċi Maltin spiċċaw għand il-Vitals Global Healthcare u l-iSteward Health Care għad-detriment tal-poplu Malti.

F’sentenza mill-aktar kundannanti, li tikkonferma s-sentenza tal-ewwel qorti mogħtija aktar kmieni din is-sena, il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti tenniet li l-ftehim kien “simulazzjoni”, maħsub biex il-flus jingħaddu minn but il-poplu għall-but ta’ persuni privati, minflok għall-benefiċċju tal-kura tas-saħħa f’Malta.

Apparti li kkonfermat ukoll it-tħassir tal-kuntratti kollha ffirmati fl-2015 skont struzzjonijiet diretti tal-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat u l-kollaboraturi tiegħu, il-Qorti kompliet iżżid il-piż tas-sentenza tagħha billi ordnat lill-gvern Malti jħallas parti mill-ispejjeż tal-qorti fil-kawża, talli kien biċċa waħda f’dan il-ftehim “suspettuż ħafna”.

Il-Qorti tal-Appell tinnota li kien hemm kollużjoni bejn il-VGH/Steward u uffiċjali għoljin tal-gvern Malti biex jidħlu għal kuntratti finta li ma kinux maħsuba biex jipprovdu kura medika iżda għal raġunijiet oħra.

Qalet, fis-sentenza tagħha, li mill-ewwel jum kien evidenti li dak li kien se jiġi miftiehem ma setax jitwettaq. Barra minn hekk, Qorti ma setgħetx tifhem kif ma kien sar l-ebda due diligence, la minn Steward u wisq inqas mill-gvern Malti, minkejja li kienu daħħlu lid-ditta tal-awditjar RSM f’dawk id-diskussjonijiet.

Għal bosta snin, RSM wettqet l-awditjar tal-Partit Laburista.

Is-sentenza terġa’ tikkonferma li għalkemm tħallsu l-miljuni minn flus il-poplu, l-ebda wieħed mir-riżultati li kienu mwiegħda fil-konċessjoni orġinali ma twettaq u li l-gvern kien f’konfoffa ma’ investituri privati u għamilhielhom faċli minkejja li kienu qed jiksru l-kundizzjonijiet kollha tal-konċessjoni.

Skont il-Qorti, ir-reazzjoni ta’ dawk li kienu obbligati jħarsu l-interessi tal-pajjiż, jiġifieri l-gvern Malti, meta l-ebda waħda mill-wegħdiet fil-konċessjoni ma kienet qed titwettaq, ma kinitx li jsibu soluzzjoni iżda li jagħtu estensjonijiet lill-VGH u lil Steward mingħajr ma taw xejn lura lill-Maltin.

Il-gvern, kif ikkonfermat il-Qorti, kompla jħallas il-miljuni lill-konċessjonarji biex flok ma juri li l-konċessjoni kienet falliment, jagħti l-impressjoni li kollox kien miexi tajjeb.

Dawk li suppost kellhom ikunu r-riżultati tal-proġett.

Il-Qorti stmerret id-dikjarazzjoni tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li t-trasferiment lil Steward Healthcare kien ir-“real deal”, u qalet li l-evidenza “tikkonferma s-suspett li l-ħsieb wara l-konċessjoni ma kienx it-titjib tas-servizz mediku iżda biex isservi bħala strument biex il-flus jgħaddu mill-but tal-pajjiż għall-but ta’ VGH u Steward.”

Iffirmat fl-2015, il-ftehim mal-VGH kien qajjem bosta suspetti mill-bidu nett għax kien sar bl-għaġla wara li kien ġie ffirmat ftehim ‘sigriet’, li aktar tard ħareġ fil-midja, qabel biss kienet ħarġet is-sejħa għall-offerti oriġinali.

Immexxija mill-VGH u Ram Tumuluri, li m’għandhom l-ebda esperjenza fis-settur mediku u b’diversi ishma dubjużi f’ħafna ġurisdizzjonijiet, ħafna minnhom tax havens, il-konċessjoni kienet falliment mill-bidu.

Barra minn hekk, minkejja li l-gvern Malti ħallasha l-miljuni tal-ewro, il-VGH spiċċat falliet f’qasir żmien.

Madankollu, minflok waqqaf kollox, il-gvern Malti xorta waħda kien aċċetta li l-konċessjoni ‘tinbiegħ’ lil Steward Health Care (għal €1) minflok ma ħa l-pussess tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, l-Isptar San Luqa, u l-Isptar Karen Grech lura f’idejh.

Kien biss wara kawża fuq medda ta’ snin mibnija mid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, dak iż-żmien kap tal-oppiżizzjoni, li l-Qorti ħassret il-konċessjoni u reġgħet tat it-tliet sptarijiet lura lill-Maltin.

L-eks prim ministru Joseph Muscat (il-lemin) ma’ Armin Ernst ta’ Steward Healthcare / VGH.

Ironikament, il-gvern għamel taħditiet dwar it-trasferiment tal-konċessjoni ma’ Armin Ernst, is-CEO tal-VGH, li mbagħad sar is-CEO ta’ Steward.

Fil-frattemp, fl-2019 kienet infetħet inkjesta kriminali dwar dan il-ftehim, maħsuba biex tinvestiga lil bosta esponenti tal-gvern Laburista, fosthom lill-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat, u din għadha għaddejja sal-lum.

The Shift kien żvela wkoll li fl-2020, il-Prim Ministru Robert Abela kien diġà ftiehem li jerġa’ jinnegozja ftehim ġdid mal-iSteward iżda mbagħad kien twaqqaf fl-aħħar minuta wara parir tal-Avukat tal-Istat u tad-Dipartiment tal-Kuntratti li l-ftehim li kien qed jagħmel kien illegali.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

F’seba’ snin, l-ERA approvat il-qlugħ ta’ 3,400 siġra protetta
Read in English. Matul l-aħħar seba’ snin, l-Awtorità tal-Ambjent
Il-VistaJet tiftaħ kawża ta’ €386 miljun kontra kumpanija rivali
Read in English. Il-kumpanija tat-titjiriet privati VistaJet, irreġistrata f’Malta,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo