L-OPM jonfoq €617,000 fis-sena fuq 31 Bord ‘ħafna drabi insinifikanti’

Biex jitħallsu uffiċjali għoljin u partitarji Laburisti tal-qalba

 

Madwar €617,000 fis-sena mill-fondi pubbliċi qed jintefqu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jitħallsu l-membri ta’ 31 bord differenti fir-responsabbiltà tiegħu, iżda bosta uffiċjali pubbliċi qalu lil The Shift li dawn il-bordijiet għandhom irwol minuri ħafna, u li dan ir-rwol faċilment isir parti minn ħidmet l-istrutturi eżistenti.

Sorsi miċ-ċivil qalulna wkoll li l-membri fuq dawk il-bordijiet ta’ dawk l-entitajiet huma persuni li diġà għandhom kariga għolja mal-gvern jew persuni meqjusa leali lejn il-gvern Laburista. Qalulna wkoll li dawn qed jingħataw l-onorarja biex ikollhom żieda mal-pakketti finanzjarji diġà mogħtija, filwaqt li r-‘rwoli’ tagħhom fil-bord huma parti mix-xogħol tagħhom ta’ matul il-ġurnata.

Anki l-ogħla uffiċjal pubbliku, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana, qed igawdi minn din is-sitwazzjoni.

Apparti li hu l-aktar uffiċjal pubbliku mħallas, allavolja għandu inqas responsabbiltajiet minn ta’ qablu għax Robert Abela ħadlu l-kariga ta’ Segretarju tal-Kabinett, Sultana xorta waħda qed jitħallas €15,000 fis-sena adizzjonali bħala ċ-chairman tal-entità governattiva tal-IT, il-MITA.

Joyce Cassar, segretarja permenanti oħra fl-OPM, qed titħallas €5,000 fis-sena addizzjornali bħala ċ-chairwoman tal-hekk imsejjaħ ‘revolving door policy governing board’ jiġifieri l-bord tal-gvern għall-politika etika fil-bidliet tal-karigi, filwaqt li anki l-kollegi tagħha s-segretarji permanenti Kevin Mahoney, Johann Galea u Mark Musu qed idawru lira bħala membri tal-bordijiet tal-OPM.

Anki l-eks president tal-General Workers Union, Jimmy Pearsall – irtirat u qabeż sew is-70 sena – tpoġġa fuq diversi bordijiet. Hu qed jitħallas €5,638 bħala membru tal-bord tal-ippjanar tar-riżorsi umani, €5,287 oħra bħala membru tal-bord tal-edukaturi fl-Istitut għas-Servizz Pubbliku, u €11,000 oħra bħala wieħed miċ-chairpersons tat-Tribunal Industrijali, li hu rwol ġudizzjarju.

Fl-2022, Pearsall tneħħietlu l-kariga ta’ chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, u minflok ingħata dawn ir-rwoli fil-bordijiet tal-OPM.

Fost ħatriet insinifikanti oħra, approvati minn Robert Abela, hemm l-eks kap diżonorat tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji Joseph Cuschieri li għadu membru tal-bord tal-Malta Strategic Partnership Projects Ltd, magħrufa bħala Projects Malta, u s-CEO attwali tal-Enemalta Jonathan Cardona li qed jokkupa l-kariga ta’ chairman tal-Fond Nazzjonali Soċjali u tal-Iżvilupp għal €10,000 oħra fis-sena.

Anki l-kollega tiegħu, id-direttur eżekuttiv tal-Enemalta Monica Farrugia tinsab ma’ Cardona fuq dan il-bord tal-NSDF u qed titħallas €7,500 addizzjonali fis-sena.

L-eks segretarja internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg Knight ukoll inħatret president tal-bord għar-relazzjonijiet tal-impjieg għal €3,500 fis-sena wara li telqet mill-partit tal-Oppożizzjoni.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

F’seba’ snin, l-ERA approvat il-qlugħ ta’ 3,400 siġra protetta
Read in English. Matul l-aħħar seba’ snin, l-Awtorità tal-Ambjent
Il-VistaJet tiftaħ kawża ta’ €386 miljun kontra kumpanija rivali
Read in English. Il-kumpanija tat-titjiriet privati VistaJet, irreġistrata f’Malta,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo