Il-qlugħ ta’ siġar indiġeni mill-villa ODZ tal-Prim Ministru, approvat mill-ERA

This article is available in English

L-Environment and Resources Authority (l-ERA), lill-Prim Ministru malajr tatu permess jaqla’ xi 20 siġra indiġeni u maturi mill-propjetà ODZ li akkwista dan l-aħħar iż-Żejtun.

Dan il-permess ambjentali obbligatorju jifforma parti mill-pjan ta’ Robert u Lydia Abela biex iwaqqgħu l-villa f’nofs żewġt itmiem art, li akkwistaw f’ċirkostanzi dubjużi fl-2017 għall-prezz inkredibbli ta’ 600,000 Ewro. Din il-propjetà se jikkonvertuha u jagħmluha villa moderna.

L-Awtorità tal-Ippjanar, taħt it-tmexxija ta’ Oliver Magro, is-CEO magħżul direttament minn Abela, kienet diġà approvat il-pjan għall-iżvilupp tagħha, u issa l-ERA qed tapprova hi wkoll il-qlugħ ta’ siġar kbar maturi mill-ġnien mimli ħdura u minn fejn kienu jinżammu l-annimali, biex imbagħad jerġgħu jitħawlu.

Ix-xogħol tal-iżvilupp, li se jmexxih il-perit veteran Ray Demicoli, għadu ma bediex.

Skont il-permess, il-koppja Abela se jwaqqgħu l-villa l-antika: din ħafna minnha nbniet illegalment bil-permess li ħareġ fl-1985. Flokha se jibnu dar kbira ġdida li tagħti għal fuq ġnien u pool.

Dan il-bini ODZ ta’ tlett sulari se jkollu basement, tlett kmamar tas-sodda u gym.

Huwa magħruf li Robert Abela u martu, it-tnejn avukati, kienu jinnegozjaw fil-bini u fl-iżvilupp għal ħafna snin waqt li kienu l-avukati tal-Awtorità tal-Ippjanar, u kienu jitħallsu sbatax-il elf Ewro fix-xahar. Din il-propjetà ODZ taż-Żejtun, akkwistawha fl-2017 għall-prezz iddikjarat ta’ 600,000 Ewro anki jekk il-prezz fis-suq ta’ din il-propjetà kien stmat li jleħħaq iktar minn 2 miljun Ewro.

Meta saqsewh jekk kienx iddikjara l-valur veru ta’ din il-propjetà fir-rendikont għat-taxxa, Abela insista li hekk kien għamel.

Imma The Shift kienet żvelat li l-Kummissarju tat-Taxxi ta’ dak iż-żmien, Marvin Gaerty, lanqas biss ma kien bagħat l-assessuri kif isir is-soltu u kif titlob il-liġi, biex jagħmlu stima indipendenti tal-propjetà li kienu għadhom kemm akkwistaw.

U bis-saħħa tal-investigazzjonijiet ta’ The Shift, kien sar magħruf li l-kuntratt finali, il-koppja Abela iffirmawh ftit ġranet biss wara li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet qablet li l-illegalitajiet tas-sidien ta’ qabel, tissanzjonahom.

Il-ġonna tal-villa kif inhuma bħalissa

U fil-frattemp, il-koppja Abela applikaw  biex farmhouse ix-Xewkija, Għawdex, jibdluha f’’residenza b’seba’ kmamar tas-sodda. Dan il-proġett f’Għawdex għandu wkoll pool u spa.

Skont l-aħħar dikjarazzjoni li għamel tal-assi tiegħu, il-Prim Ministru bħalissa qed ikampa biss bis-salarju, u martu ma ddikjarat l-ebda dħul.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Il-VistaJet tiftaħ kawża ta’ €386 miljun kontra kumpanija rivali
Read in English. Il-kumpanija tat-titjiriet privati VistaJet, irreġistrata f’Malta,
Il-pulizija rċeviet l-investigazzjoni interna ta’ TM dwar l-iskandlu tar-RHIBs – l-ebda akkuża s’issa
Read in English. Transport Malta għadha kif ikkonfermat ma’

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo