Il-Kunsill tal-Ewropa lill-Prim Ministru jammonih: jagħtu messaġġ li jkexkex 40 kawża kontra The Shift

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Prim Ministru tammonih li l-għadd ta’ kawżi li fetaħ il-Gvern kontra The Shift juru ‘kemm hu lest jeħodha bil-qawwa kollha kontra kull sforz biex l-informazzjoni uffiċjali tiġi soġġetta għall-iskrutinju pubbliku’: imma l-Prim Ministru jinjoraha għall-kollox.

 

This article is available in English

Il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvern attakkatu bl-aħrax talli fetaħ 40 kawża kontra The Shift biex ma jtihiex aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku.

Fit-23 ta’ Settembru, il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, Dunja Mijatovic, lill-Prim Ministru Robert Abela bagħtitlu ittra u kliemha ma qagħditx tomogħdu: “Għalkemm il-proċess ġudizzjarju għadu għaddej, l-appelli [kontra t-talbiet Freedom of Information ta’ The Shift], lil min hu involut fil-media u lill-poplu Malti in ġenerali, diġà jagħtuh messaġġ li jkexkex: it-tentattivi biex l-informazzjoni uffiċjali tiġi soġġetta għall-iskrutinju pubbliku, il-gvern jirreżistihom bl-iktar mod qawwi”.

Bħalissa, The Shift qed tiġġieled kontra 42 kawża fit-Tribunal tal-Appelli u sitt kawżi oħra l-qorti. Dawn kollha saru minn entitajiet tal-gvern li l-ordni tal-Kummissarju tal-Informazzjoni u d-Data Protection biex l-informazzjoni tiġi ppubblikata, qed jisfidawha. F’kull stadju, il-gvern qed jisfida id-deċiżjonijiet li jieħdu l-korpi mqabbda minnu stess biex it-talbiet leġittimi Freedom of Information fuq diversi suġġetti, jiċħadhom.

L-ittra lill-prim ministru, il-Kummissarju Mijatovic ippubblikata l-Ħamis, flimkien mat-tweġiba mqanżħa ta’ Abela. Din l-ittra turi li wieħed għandu biex jinkwieta dwar il-qagħda tal-media f’Malta u n-nuqqas ta’ skrutinju pubbliku tal-abbozzi ta’ liġijiet li ressaq il-gvern il-parlament, minkejja l-kritika kollha li saret.

L-ittra ppubblikatha wara li l-proposta ta’ liġi għar-riforma, il-gvern ressaqha l-parlament minkejja l-kritika kollha dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni pubblika li għamlu l-edituri u l-ġurnalisti, l-akkademiċi kif ukoll l-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-ħarsien tal-libertà tal-istampa. Mill-korrispondenza tal-Kummissarju sirna nafu li l-Kunsill tal-Ewropa kien qed isegwi l-proċess kollu u lill-prim ministru għamilhielu ċara li dan il-proċess stess ma kienx konformi mal-istandards internazzjonali – xi ħaġa li Robert Abela qatt ma qalilna biha.

Mijatovic semmiet b’mod speċjali l-ġlidiet Freedom of Information li għandha The Shift mat-Tribunal tal-Appelli u mal-qrati tal-ġustizzja.

“U d-diffikultajiet bla għadd li jiffaċċaw il-ġurnalisti meta jippruvaw jitkixfu dwar informazzjoni ta’ interess pubbliku, kif ukoll l-użu tas-SLAPP meta jagħmlu talbiet Freedom of Information, dawn kollha huma raġunijiet oħra biex ninkwetaw,” issottolineat il-Kummissarju fl-ittra tagħha lil Abela. Is-SLAPP huma kawżi intenzjonati biex kamra tal-aħbarijiet ifalluha.

U f’dan is-sens, enfasizzat kif “saret taf li reċentement, 40 entità tal-gvern għamlu serje ta’ appelli kontra d-deċiżjonijiet li ħa l-Kummissarju għall-Informazzjoni u d-Data Protection favur dawn it-talbiet Freedom of Information li għamlet The Shift.”

Il-ġlidiet legali li qed tikkumbatti The Shift, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem użathom bħala eżempju per eċċellenza, u żiedet tgħid: “Għalhekk ninsisti bir-rakkomandazzjoni tiegħi li wieħed m’għandux jieħu miżuri li jaffettwaw negattivament il-libertà tal-media u d-dritt tal-pubbliku li jkun infurmat.

“Minflok, inħeġġeġ lilek u lill-awtoritajiet Maltin kollha, biex jiżguraw li l-ġurnalisti u l-pubbliku jkollhom aċċess għall-informazzjoni preċiża u f’waqtha; barra minn hekk, l-eċċezzjonijiet għar-regola tal-aċċess pubbliku, wieħed għandu jinterpretahom bl-iktar mod ristrett possibbli.”

Dan it-tħassib, Abela jinjorah kompletament

Fl-4 t’Ottubru, it-tħassib tal-Kummissarju, il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb għal xi partijiet minnu, l-iktar billi qagħad jispjega fit-tul l-abbozz kontroversjali tal-liġijiet riformatorji. Imma assolutament ma tax kas il-fatt li kienet ikkritikatu bl-aħrax dwar l-40 SLAPP li għamel il-gvern kontra The Shift.

Minflok, taha idea ġenerali tal-provvedimenti kontra s-SLAPP li qed tintroduċi l-leġiżlazzjoni kontroversjali l-ġdida. Imma ma semmiex kif il-gvern tiegħu stess, lil The Shift qed jagħmlilha kawżi SLAPP bl-abbundanza talli għamlet dawk it-talbiet Freedom of Information.

L-ittra tagħha, Mijatovic bagħtitha ħamest ijiem qabel ma ġew ippreżentati lill-media l-abbozzi tal-liġijiet bħala fatt kompjut. Imbagħad, it-Tlieta, ippreżentawhom lill-parlament. Il-Kummissarju uriet l-inkwiet tagħha wkoll dwar ‘il-kumitat ta’ esperti’ mqabbda mill-gvern, li abbozzaw ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni l-ġdida.

Tgħid li f’dak il-mument kienet infurmata li “l-kumitat tal-esperti li kellu jagħti l-pariri tiegħu dwar il-bidliet meħtieġa fis-settur tal-media f’Malta, ir-reazzjoni tiegħu dwar numru ta’ abbozzi ta’ liġijiet imressqa mill-gvern tiegħek, kien diġà taha. Kienet infurmata wkoll li għadu għaddej ix-xogħol leġiżlattiv intenzjonat biex jitrażżan l-użu tas-SLAPP – Strategic Lawsuits Against Public Participation.

“B’dan kollu,” żiedet tgħid, “jiena mħassba li skont ir-rapporti, għalkemm il-kumitat jinkludi xi rappreżentanti tas-settur tal-media, xorta ma jinkludix fih is-soċjetà ċivili jew il-kommunità ġurnalistika iktar mifruxa. Barra minn hekk, nieqsa t-trasparenza fl-operat tiegħu.”

Lill-prim ministru, kitbulu iktar minn mitt ġurnalist, editur u akkademiku biex jgħidulu bit-tħassib tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni pubblika fil-kas ta’ dawn l-abbozzi leġiżlattivi. Il-lista ta’ rakkomandazzjonijiet li għamlu l-imħallfin li mexxew l-inkjesta pubblika fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, dawn l-abbozzi, suppost li kellhom iqisuha. U l-ġenituri ta’ Caruana Galizia ukoll kienu talbu għal iżjed, għax kif qalu, il-pajjiż “ma jistħoqqlu xejn inqas”.

IS-SLAPP FOI ta’ The Shift

F’dibattitu organizzat minn The Shift din il-ġimgħa, kien spjegat kemm huwa kkomplikat u jiswa l-flus il-proċess biex wieħed jeħodha kontra l-gvern meta jitlob informazzjoni li suppost hija pubblika.

It-talbiet FOI ta’ The Shift, il-gvern prattikament qed jittrattahom bħala SLAPP – kawżi intenzjonati biex kamra tal-aħbarijiet jirrovinaha finanzjarjament u b’hekk isikket leħen il-ġurnalisti. U dan għadha kemm ikkonfermatu l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa.

Dan l-aħħar, quddiem it-Tribunal Freedom of Information, The Shift rebħet seba’ kawżi oħra mill-40 appell li għamel il-gvern kontra t-talbiet FOI li kienet għamlet. Dawn it-talbiet saqsew kif qed jintefqu il-flus mit-taxxa fuq konsulenzi dwar ir-relazzjonijiet pubbliċi li joffri Saviour Balzan, wieħed mis-sidien ta’ Malta Today. Lill-ministri u lid-dipartimenti tal-gvern, Balzan jagħtihom parir kif jittrattaw mal-media.

Dawn it-talbiet, kull entità ma laqgħethiex, imma meta lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, The Shift ġibditlu l-attenzjoni tiegħu għal dan in-nuqqas u talbitu ruling, tahom l-ordni biex din l-informazzjoni jgħadduhielha.

Din l-informazzjoni, kull waħda minn dawn l-entitajiet baqgħet tirrifjuta li tagħtiha u minflok irrikorrew għand it-Tribunal tal-Appelli Freedom of Information. Issa, ftit ftit, dawn il-każijiet, it-tribunal qed jaqtagħhom favur The Shift u favur l-interess pubbliku.

S’issa, it-Tribunal tal-Appelli ddeċieda 18-il appell, u fil-ġranet li ġejjin mistenni jkompli jiddeċiedi iktar każijiet.

Imma wara li t-Tribunal tal-Appelli FOI, dawn il-każijiet jiddeċiedihom, kull entità issa qed tirrikorri l-qorti biex kull każ terġa’ tappellah. F’attentat sfrenat biex l-informazzjoni jibqa’ jżommha mistura, s’issa l-gvern appella xejn inqas minn sitta minn dawn il-każijiet.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
KLAUS
KLAUS
1 year ago
ROBBER Abela, hekk bla moħħ:

Ilkoll nafu li kull karta ġdida fuq dar tal-karti tagħmilha aktar mħawwda u eventwalment tiġġarraf.

(Wara li disgrazzja lil Malta fin-NU, jaħseb li jista’ jaħbi wara l-istazzjon tal-partit tiegħu hawn.
Iżda anke hemmhekk, isir ftit aktar imbarazzanti u aktar strett kuljum.)

L-iżball tiegħu hu li jdawwar lilu nnifsu ma’ gang pjuttost stupidu u jaħseb li fil-Kunsill tal-Ewropa għandu wkoll joqgħod idjoti sħaħ. X'valutazzjoni żejda tiegħu nnifsu.

Tgħin l-ebda ħarba mill-ġurnalisti. Il-Kunsill tal-Ewropa issa ta n-nar lill-house of cards tiegħu. Ħallina nieħdu n-nifs.

ROBBER Abela, so brainless:

We all know that every new card on a house of cards makes it shakier and eventually it collapses.

(After having disgraced Malta at the UN, he thinks he can hide behind his party station here.
But even there, it gets a little more embarrassing and tighter every day.)

His mistake is that he surrounds himself with a rather stupid gang and thinks that in the Council of Europe should also sit complete idiots. What an overestimation of himself.

It helps ih no running away from journalists. The Council of Europe has now set fire to its house of cards. It let us breathe.

Related Stories

Il-VistaJet tiftaħ kawża ta’ €386 miljun kontra kumpanija rivali
Read in English. Il-kumpanija tat-titjiriet privati VistaJet, irreġistrata f’Malta,
Il-pulizija rċeviet l-investigazzjoni interna ta’ TM dwar l-iskandlu tar-RHIBs – l-ebda akkuża s’issa
Read in English. Transport Malta għadha kif ikkonfermat ma’

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo