ESKLUSSIVA: Ftehim skandaluż – lil-AUM, Robert Abela jnewlilha art pubblika bil-prezz ta’ 47 ċenteżmu l-metru kwadru

You can read this article in English here.

Lill-American University of Malta (l-AUM), il-gvern taha d-dritt bil-moħbi li 31,500 metru kwadru ta’ art pubblika fi Smart City, tixtrihom bil-prezz redikolu ta’ 47 centeżmu l-metru kwadru.

L-abbozz tal-kuntratt biex l-AUM, l-art pubblika li ngħatat iż-Żonqor, Marsascala, tpartatha ma’ art oħra fi Smart City, ġie ppreżentat fil-parlament il-ġimgħa l-oħra. Fih hemm provvediment li bis-saħħa tiegħu l-kumpannija Ġordanjana tal-bini involuta fil-proġett tal-AUM, tagħmel qligħ ta’ miljuni.

Bil-kuntratt oriġinali tal-2015, lill-AUM, il-gvern għaddielha 31,000 metru kwadru ta’ art verġni f’Marsascala b’ċens temporanju għal 99 sena. Il-kuntratt fih klawżola li tispeċifika li l-art, iż-Żonqor, “fl-ebda ċirkostanza ma tista’ tinbidel għal ċens perpetwu”.

Il-kuntratt tal-2015 jgħid ċar u tond li l-art ma tistax tinbidel għal ċens perpetwu.

Imma issa, din il-kondizzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela qed jibdilha u Sadeen Education Investment Ltd, din l-art se jkun jista’ jibdlilha t-titolu minn ċens temporanju għal ċens perpetwu għall-prezz ta’ 47 ċenteżmu l-metru kwadru biss.

Issa, s-sid Ġordanjan, din l-art li għadu kemm akkwista jista’ jibdlilha t-titolu għal ‘liberu u frank’ għall-prezz ridikolu ta’ 14,827 Ewro.

L-esperti fis-suq tal-propjetà, lil The Shift qalulha li jekk l-art li qed tingħata lill-AUM, wieħed jistmaha b’mod kawt għal skopijiet kummerċjali, allura l-valur tagħha fis-suq ileħħaq iktar minn 63 miljun Ewro.

“Dan huwa ftehim veru tal-mistħija u jfisser li lil negozjant Ġordanjan, il-gvern qed jtih art pubblika Maltija b’xejn.” Hekk qalilha lil The Shift aġent tal-propjetà tal-esperjenza.

Il-kuntratt tal-2022, l-AUM iħalliha tixtri l-art bil-prezz ta’ 47 ċenteżmu l-metru kwadru.

Minn belt tal-ICT għal biċċa art mibjugħa bl-irħis

L-abbozz tal-kuntratt irid japprovah il-parlament: b’dan il-kuntratt, il-gvern, lill-AUM aċċetta li jħalliha żżomm ukoll il-kampus li għandha Bormla. F’erba’ snin f’ dan il-kampus ġew inqas minn 400 student, u issa se tkun tista’ tibni kampus ġdid fi Smart City flok f’Marsascala.

Biex jasal għal dan il-ftehim, Robert Abela kellu jikkalma l-oppożizzjoni pubblika fid-distretti li l-iktar ixaqilbu lejn il-Labour. Għalhekk, biex isib ‘soluzzjoni’ għal din il-problema, kellu taħdidiet sigrieti kemm mal-AUM kif ukoll max-Sheiks tad-Dubai li għandhom is-Smart City f’idejhom.

L-obbligi tagħha skont il-kuntratt tal-2015, l-AUM ma onorathomx, għax qatt ma rnexxielha tiġbed lejha l-għadd ta’ studenti li kienet wegħdet. B’dan kollu xorta se tkun qed takkwista 31,500 metru kwadru ta’ art pubblika biex il-kampus li wiegħdet tibnih. U fuq kollox, bis-saħħa tal-konċessjonijiet li taha Abela. issa se tkun qed tagħmel miljuni ta’ Ewro iktar fi qligħ.

Il-kuntratt il-ġdid ippreżentat lill-parlament ma jeskludix il-possibbiltà li eventwalment, il-Ġordanjani, l-art ikunu jistgħu jbigħuha, jew il-bini li suppost jibnu jużawh għal skopijiet oħra, bħalma hu t-turiżmu.

Barra minn hekk, il-kuntratt il-ġdid neħħa l-klawżola li bis-saħħa tagħha l-AUM kellu jkollha 4,000 student sal-għaxar sena li tkun ilha qed topera.

Fl-istess ħin, sid il-proġett ta’ Smart City – il-gvern tad-Dubai – ukoll sab xortih bis-saħħa tan-negozjati mal-prim ministru.

L-obbligi kollha li kellu skont il-kuntratt tal-2007, il-gvern tad-Dubai kissirhom kollha – l-art il-Kalkara ngħatatlu bi prezz baxx għax il-ħsieb kien li tintuża għall-belt tal-ICT u mhux għan-negozju real estate u għal skop residenzjali.

Skont il-kuntratt għal Smart City tal-2007 li ffirma l-gvern Nazzjonalista, l-art, il-gvern għandu dritt jeħodha lura u l-ftehim iwaqqfu. Imma lis-sidien ta’ Smart City, flok ma jimmultahom il-miljuni ta’ Ewro għax kisru l-kuntratt, il-gvern issa, il-parametri tal-proġett qed jaċċetta li jibdilhom bis-saħħa ta’ Master Plan ġdida.

S’issa, il-ftehim li għamel ma’ Smart City, il-gvern għadu ma ppreżentahx lill-parlament, imma The Shift diġà żvelat li l-Master Plan se jxaqleb iktar lejn żvilupp real estate u inqas lejn l-ICT.

Dan kollu, il-prim ministru qed jippermettih bl-iskuża li l-gvern, lil Smart City ħadilhom żewġ plots, waħda biex jużaha għal kampus ġdid tal-ITS u l-oħra biex ibigħha lill-AUM.

Skont il-ftehim tal-2007, il-proġett tal-ICT ta’ Smart City kellu jitlesta sal-2022, u kellu jħaddem 5,600 ruħ f’impiegi li jkollhom x’jaqsmu mal-ICT.

Minn dan kollu ma sar xejn, ħlief għall-bini ta’ uffiċini li jinkrew l-iktar lil entitajiet tal-gvern; u nbigħet plot ukoll għal binja ta’ ħwienet u residenzi magħrufa bħala The Shoreline.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Gaffarena jitlef kawża ta’ ‘ksur tad-drittijiet tal-bniedem’ dwar żvilupp illegali
Read in English. Mark Gaffarena – il-persuna fil-qalba tal-iskandlu
Id-deckchairs fuq Kemmuna: il-ministru joħroġ it-tielet estensjoni mingħajr sejħa
Read in English. Minkejja l-wegħdi li kien se jieħu

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo