ESKLUSSIVA: mill-inkjesta tal-MCAST jirriżulta li fil-proċeduri tar-reklutaġġ, kien hemm il-frodi u l-falsifikazzjoni bil-kbir

Minkejja li r-rapport daħal fl-2019, il-pulizija ma ħadet l-ebda azzjoni

 

Read this article in English here.

Saret inkjesta li ntemmet fl-2019 imma il-konklużjonijiet tagħha, il-gvern baqa’ jżommhom moħbija minn dak iż-żmien ‘l hawn. Jidher li fl-MCAST, għal dak li hu r-reklutaġġ tal-impjegati, kien hemm ‘sistema endemika velenuża’: mijiet ta’ ‘score cards’ ma sabuhomx jew iffalsifikawhom, hekk kif id-direzzjoni ċediet għall-pressjoni min-naħa tal-ministri.

L-inkjesta tnediet skont l-Att uffiċjali dwar l-Inkjesti, wara li fl-2018 uffiċjal għoli tal-MCAST għamel għadd ta’ allegazzjonijiet, inkluż lill-Ministru tal-Edukazzjoni ta’ dak iż-żmien, Evarist Bartolo. Imma minkejja li l-inkjesta xogħolha temmitu sena wara, il-gvern, ir-rapport tagħha żammu moħbi, għalkemm kien wiegħed li jippubblikah.

The Shift issa qed tippubblika partijiet minn dan ir-rapport b’mod esklussiv, wara li iktar kmieni din il-ġimgħa, ġie ppreżentat fil-qorti. Ir-rapport sħiħ, flimkien mal-evidenza kollha inkriminanti, kienu għaddewh lill-pulizija iktar minn tlett snin ilu.

B’dan kollu, s’issa għadhom ma ġew konklużi ebda investigazzjonijiet u l-ebda passi m’għadhom ittieħdu kontra dawk li huma involuti.

Score cards ‘ma jinstabux’ jew ‘jinbidlu’ f’ ‘sistema endemika velenuża’

L-investigazzjoni mexxiha l-espert finanzjarju Paul Bonello, u nstab li din il-faċilità edukattiva terzjarja kienet mifqugħa b’nuqqasijiet amministrattivi serji ħafna, b’mod partikolari fil-mod ta’ kif titmexxa u ta’ kif timpjega il-lecturers u impjegati oħra.

Il-proċess ta’ reklutaġġ, l-inkjesta tgħid li kien ibbażat ‘fuq sistema ta’ rakkomandazzjonijiet endemiċi u velenużi’; skopriet li l-iscore cards li kienu jużaw il-membri tal-bordijiet li jmexxu l-intervisti biex jimpjegaw il-lecturers, ħafna minnhom kienu jinbidlu bit-“tipex” u l-marki li jkunu ħadu dawk li ġew intervistati, kienu jinbidlu wkoll.

L-inkjesta Bonello eżaminat sitt xhur ta’ intervisti fl-2018 u sabet li biss biss f’dan il-perijodu kien hemm 57 riżultat iffalsifikat: id-deċiżjoni kienet tinbidel biex jimpjegaw il-kandidat “irrakkomandat”.

Biċċa mir-rapport tal-inkjesta MCAST fejn jidhru mijiet ta’ score cards li ma nstabux jew li nbidlu

L-inkjesta sabet li mid-dehra din is-sistema kienet “endemika” u kien hemm każijiet li jmorru lura sal-2010.

Skont l-inkjesta, il-quċċata ta’ din is-sistema qarrieqa ntleħqet fl-2015, l-2016, l-2017 u l-2018: kien għal dawn is-snin li nstab l-ikbar ammont ta’ score cards ‘nieqsa’ jew ‘mibdula’.

Fl-inkjesta intervistaw il-principals imqabbda mill-gvern, iċ-chairmen u l-membri anzjani tal-istaff tal-MCAST, kemm dawk tal-imgħoddi kif ukoll dawk attwali, u nstemgħet ix-xhieda tagħhom: skont din ix-xhieda, il-management anzjan tal-Kulleġġ jammetti li kien hemm din is-sistema ta’ rakkomandazzjonijiet u li kien jipparteċipa attivament fiha.

‘Kien hemm pressjoni bħal din il-ħin kollu’

Silvio De Bono kien kollega tal-ex ministru tal-edukazzjoni Evarist Bartolo, u fl-2013, kif il-Labour tela’ fil-gvern, inħatar principal. Ammetta li kien jirċievi għadd kbir ta’ rakkomandazzjonijiet dwar min kellu jimpjega l-MCAST, saħansitra anki mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Lill-membri tal-bord qallhom, “Ma kontx nagħmel ir-rakkomandazzjonijiet direttament jien”. “Biss ir-rakkomandazzjonijiet kont nirċevihom anki mill-OPM, u kont ngħaddihom lid-dipartiment tar-riżorsi umani (HR) biex jieħdu ħsieb dawk il-kandidati jekk jinstabu tajbin għal dak ix-xogħol”. Hekk qallha Debono lill-inkjesta.

U żied jgħid: “Nista’ nassigurakom li fil-pożizzjoni tiegħi kont niltaqa’ ma’ din il-pressjoni l-ħin kollu”.

Ir-rapport tal-inkjesta: L-ex chairman tal-MCAST jikkonferma li kien hemm sistema ta’ rakkomandazzjonijiet minn min kellu l-poter

L-uffiċjal anzjan tal-HR (Josephine Abdilla) tikkonferma li kien ikun hemm din il-pressjoni u r-rakkomandazzjonijiet, inkluż bit-telephone, mill-ex segretarju parlamentari Silvio Parnis, kif ukoll mill-mara tal-Ministru Anton Refalo. Lill-bord qaltilhom li anki l-principal attwali, James Calleja, kienu rrakkomandawh għall-impieg tiegħu.

Lill-inkjesta qaltilhom: “De Bono kien jgħidli li kienu tawh istruzzjonijiet li dak l-impieg (ta’ principal) kien għal James Calleja”.

Din il-ħaġa. Debono jinnegaha.

Fil-bord tal-inkjesta kien hemm l-avukat Phyllis Aquilina u Antoinette Cutajar. Il-bord irrakkomanda li ssir reviżjoni mill-qiegħ tal-mod kif jimpjegaw in-nies l-MCAST. Lill-amministrazzjoni tal-MCAST, il-bord  tikkritikaha bl-aħrax ukoll talli f’istituzzjoni edukattiva li suppost tiddefendi l-meritokrazija u l-ugwaljanza, din is-sistema bbażata fuq il-qerq, ħallietha tiffjorixxi.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo kien qal li r-rapport tal-inkjesta kien se jippubblikah ladarba l-bord itemm xogħlu, imma dan qatt ma sar.

Minflok, Bartolo uża strateġija magħrufa biex aħbar ħażina jidfinha, u billi fil-Ġimgħa l-Kbira ma jippubblikawx il-gazzetti, fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka tal-2019 ħareġ press release qasira biex jgħid li r-rapport tal-inkjesta kien għaddieh lill-pulizija.

U minn dak in-nhar ‘l hawn ma sar xejn, u ħadd ma ttella’ l-qorti minħabba l-falsifikazzjoni tad-dokumenti u għall-qerq ieħor.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

EP approves new rules to fight money laundering, terrorist financing
The European Parliament voted overwhelmingly to adopt a package
European Parliament approves revised rules to combat human trafficking
On Tuesday, the European Parliament took a significant step

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo