L-abbuż “abitwali” tal-Ministeru għal Għawdex fil-proċessi tal-akkwist issokta fl-2023

Joħroġ 164 direct order li jiswew €2 miljun fl-ewwel sitt xhur tal-2023

 

Read this article in English.

L-hekk imsejjaħ “abbuż abitwali” mis-sistema tal-akkwist pubbliku, min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex bil-ħruġ tad-direct orders, kif enfasizzat f’rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-2022 ippubblikat f’Diċembru li għadda, issokta anki matul l-2023.

Dan joħroġ fid-dieher minn dejta ġdida ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.

Id-dejta turi li matul l-ewwel sitt xhur tal-2023, il-Ministeru għal Għawdex immexxi mill-Ministru promoss dan l-aħħar Clint Camilleri u mis-Segretarju Permanenti tiegħu John Borg, ħareġ 164 direct order li jiswew aktar minn €2 miljun.

Awditjar riċenti tal-NAO stħarreġ kampjun ta’ kif il-ministeru kien ħaddem is-sistema tal-akkwist pubbliku matul l-2022, u kkonkluda li kien hemm “abbuż abitwali” mir-regoli matul is-sena kollha. Id-dejta l-ġdida issa għall-2023, li analizza The Shift, turi bosta xejriet simili bħas-sena ta’ qabel.

Is-Segretarju Permanenti għal Għawdex, John Borg

Kerber Security Services Ltd, Signal 8 Security, Executive Security, Security First, u Gold Guard baqgħu jirċievu bosta direct orders ripetittivi kull xahrejn biex jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-ministeru f’diversi lokalitajiet u postijiet bħal parkeġġi tal-iskejjel, l-entratura ta’ wara tal-ministeru, id-Direttorat tal-Għasafar Selvaġġi, il-Ħeliport Għawdxi li ma jintużax, u l-Gozo Channel.

Minflok ma joħroġ sejħiet għall-offerti fit-tul u kompetittivi, il-ministeru joħroġ direct orders kull ftit ġimgħat u jaqsam il-kont f’biċċiet taħt l-€10,000 kull darba biex ikun jista’ jevita li jagħmel proċeduri kompetittivi tal-akkwist pubbliku.

Il-perit Frank Muscat baqa’ jipprovdi s-servizzi tiegħu lill-ministeru f’diversi proġetti, filwaqt li Claude R. Mallia, perit Malti b’sieħba Għawdxija, ingħaqad mal-lista b’bosta proġetti żgħar tat-toroq f’Għawdex.

Anki s-sondaġġista tal-Labour Vincent Marmara; hu ngħaqad mal-lista tal-konsulenti tal-Awtorità Għawdxija tal-Iżvilupp Reġjonali.

Fl-istess waqt, is-segretarju organizzattiv tal-Partit Laburista William Lewis tħallas kważi €9,000 għal xogħol f’farm esperimentali fix-Xewkija.

Anki l-attenzjoni tal-midja dwar Għawdex inxtrat bid-direct orders. L-influwenzatriċi tal-Enemed Claire Agius kisbet sponsorship ieħor mingħand il-gvern għal programm fuq l-istazzjon Laburista bl-isem Local Traveller (€7,500), filwaqt li l-programm Lenti fuq TVM ingħata sponsorship ta’ €10,000.

Il-kuġin tal-ministru, George Scicluna tas-CVC Media, li ilu s-snin jieħu sponsorships mill-Ministeru għal Għawdex waqt amministrazzjonijiet differenti, ingħata direct order ġdida ta’ €16,000, bi ksur tal-limitu ta’ €10,000, biex jipprovdi dokumentarju storiku.

Clint Camilleri meqjus fost l-eqreb ta’ Robert Abela.

Q Media, immexxija minn Sharlon Pace tal-Gżira FC, mill-eks Chairman tal-BOV, Deo Scerri u minn Helmut Amhof, ingħatat sponsorship ta’ €10,000 għal partita futbol amikevoli bejn in-Netherlands u l-Awstrija, u anki l-fergħa Għawdxija tal-Liverpool Supporters Club ingħatat sponsorship ta’ €8,000 mill-ministeru.

Il-ministeru ħareġ ħames direct orders oħra ta’ xi €7,000 kull darba biex iħallas “l-allowances ta’ billejl lill-ħaddiema tal-kuntrattur” imqabbda biex jaħdmu għall-Gozo Channel, mossa mhux tas-soltu għax normalment l-allowances ikunu parti mill-kuntratt oriġinali.

Il-Ministru Clint Camilleri kien wieħed mill-ministri li l-Prim Ministru Robert Abela ta’ promozzjoni fl-aħħar reshuffle, għax tah ir-responsabbiltà sensittiva tal-Awtorità tal-Ippjanar minkejja l-ħemel ta’ kwistjonijiet kbar bl-applikazzjonijiet tal-ippjanar u l-proġetti.

Ir-rapport tal-2022

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali għall-2022 sab li diversi servizzi ta’ valur sostanzjali kienu “qed jinqasmu b’mod abitwali f’diversi kuntratti li ma jaqbżux il-limitu tal-€10,000 stabbilit fir-regoli dwar l-akkwist pubbliku.” L-Awditur Ġenerali nnota wkoll bosta varjazzjonijiet approvati, apparti l-kuntratti, u bosta modifiki determinati minn qabel. “Dan il-metodu tal-akkwist pubbliku, li kien jimmerita sejħa pubblika għall-offerti, kien approvat mis-segretarju permanenti (John Borg),” qal l-Awditur Ġenerali.

Aktar qabel, l-NAO kien sab ukoll bosta diskrepanzi fl-impjiegi u li s-“sahra saret drawwa, u ħafna drabi jingħataw ġustifikazzjonijiet vagi għal dawn il-ħtiġijiet” u jkunu neqsin mill-kontrolli.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Robert Abela kompromess u ma jistax jieħu passi fuq l-iskandlu tal-mara tal-ministru
Read in English. Is-sejbiet ta’ kundanna li ħarġu mill-investigazzjoni
ESKLUSSIVA Villa Rosa: il-gvern biegħ mogħdija ta’ €3 miljun lil Tal-Franciz għal €134,000
Read in English. The Shift jista’ jiżvela b’mod esklussiv

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo