Kumpaniji Maltin investigati fuq rabtiet ma’ frodi ta’ €15-il miljun mill-fondi Ewropej

Għadd ta’ kumpaniji Maltin qed jiġu investigati mill-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea Kontra l-Frodi, l-OLAF, u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, l-EPPO, b’rabta ma’ skema frawdulenti li nibtet fir-Rumanija.

Skont stqarrija għall-istampa mill-OLAF, kien hemm madwar €15-il miljun mill-fondi tal-UE li kellhom jinqasmu bejn sitt proġetti tal-IT għall-“iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tas-software innovattivi” u li minflok spiċċaw inħatfu mill-frodisti li użaw foloz jew imbagħbsa.

Bosta entitajiet ġuridiċi f’Malta huma sospettati li kienu jiffurmaw parti minn dan iċ-“ċirku finanzjarju internazzjonali frawdulenti” u jinsabu parti mill-investigazzjoni. Minbarra l-kumpaniji Maltin, qed jiġu investigati wkoll kumpaniji minn Ċipru, miċ-Ċekja, minn Monaco u mill-Istati Uniti, u fir-Rumanija saru 38 tfittxija fid-djar.

Skont stqarrija għall-istampa tal-EPPO, “bejn l-2019 u l-2022, il-benefiċjarji tal-proġetti ppreżentaw dokumenti foloz jew mhux eżatti għal servizzi vvalutati żżejjed jew għal servizzi li ma sarux, kif ukoll fatturi frawdulenti għax-xiri ta’ oġġetti – u b’hekk kisbu fondi li ma kinux dovuti mill-baġit tal-UE ta’ mill-anqas €15-il miljun.”

Skont sorsi mill-midja Rumena, waħda mis-suspettati ewlenin f’dan l-allegat frodi hija l-kumpanija tal-IT Cymbiot Solutions, b’rabta ma’ fondi għall-pjattaforma tas-software tagħha msejħa RARE.

Iżda l-fondi spiċċaw ħarbu u nħaslu band’oħra permezz ta’ kumpaniji offshore, inkluż Malta, flok ma ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom.

Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF Ville Itälä ddeskriva l-investigrazzjoni tal-EPPO bħala “suċċess konġunt” u qal li l-attività frawdulenti hi “ħafna drabi negozju internazzjonali.”

Meta mistoqsi minn The Shift, l-OLAF qal li ma jistax jagħti iżjed informazzjoni dwar l-investigazzjoni biex iħares l-investigazzjonijiet infushom u biex ikun protett minn “ftuħ possibbli ta’ proċedimenti legali.”

Il-kumpaniji mwaqqfin f’Malta kemm-il darba kienu implikati fi skemi frawdulenti varji matul l-aħħar snin, li jinvolvu l-ħasil tal-flus, bħal pereżempju kumpaniji tal-online gaming liċenzjati u rreġistrati f’Malta li ħafna drabi jkunu veikolu għal skemi illeċiti.

F’Diċembru li għadda, studju ppreżentat fil-Parlament Ewropew sab li fuq il-pjattaformi tal-online gaming ta’ Malta, f’seba’ snin kienu nħaslu xi €4 biljun miksuba illegalment. Dan l-istudju kien ġie deskritt li jittratta biss “qatra f’oċean.”

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo