Jirreżenja ċ-chairman tal-orkestra wara l-akkużi kriminali kontrih b’rabta mal-isptarijiet

Read in English.

Iċ-chairman tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Alfred Camilleri, għadu kif irreżenja mill-kariga tiegħu hekk kif bħalissa qed jiġi akkużat kriminalment fil-qorti abbażi tas-sejbiet tal-inkjesta maġisterjali dwar il-ftehim tat-tliet sptarijiet.

Camilleri, li sa ftit snin ilu kien l-ogħla uffiċjal taċ-ċivil fil-ministeru tal-finanzi, qed jiġi akkużat bi frodi u abdikar tad-doveri, fost l-oħrajn, abbażi ta’ dak li nstab waqt l-inkjesta tal-maġistrat dwar il-ftehim frawdulenti tal-isptarijiet lil Vitals/Steward.

Meta kien ġie nnegozjat dan il-ftehim, hu kien is-segretarju permanenti tal-ministeru, u baqa’ f’dik il-kariga tul ħafna mill-perjodu tal-konċessjoni.

Camilleri, flimkien ma’ żewġ uffiċjali anzjani oħrajn, l-eks Segretarju Permanenti tal-Ministeru tas-Saħħa (illum irtirat) Joseph Rapa u s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Ekonomija Ronald Mizzi, qed jiġu akkużati li għalqu għajnejhom għalkollox meta kien jiġi miftiehem dak il-ftehim multimiljunarju.

Hu kien wieħed mill-uniċi segretarji permanenti li ħadmu taħt amministrazzjoni Nazzjonalista u li baqgħu fil-kariga tagħhom fl-2013 meta nbidel il-gvern.

Camilleri qed jikkużat b’reati li kellu d-dover li jevita; madankollu hu qed jiċħad li kien jaf x’kien qed jiġri dak iż-żmien meta kien qed jiġi miftiehem il-ftehim.

Camilleri, ta’ 64 sena, hu membru tal-kumitat finanzjarju tal-Kurja u flimkien mal-Arċisqof jieħu l-aktar deċiżjonijiet finanzjarji importanti għall-organizzazzjoni. Camilleri hu wkoll membru tal-bordijiet tad-diretturi ta’ żewġ kumpaniji elenkati li huma proprjetà tal-Grupp Corinthia.

Fi stqarrija maħruġa fl-għodwa tal-Erbgħa, il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici qal li Camilleri “kien, hu u jibqa’ ħabib veru u leali tas-settur tal-arti u l-kultura.” Bonnici żied jgħid li Camilleri wettaq bidliet sinifikanti matul il-kariga tiegħu.

Iżd’issa din il-kariga se tkun qed tokkupaha Odette Vassallo.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Lawrence
Lawrence
3 months ago

Is James Caminzuli still in office?

Related Stories

Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga ta’ Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo