Is-sejħa tax-Chalet ordnata tkompli għax il-gvern kiser ir-regoli tal-evalwazzjoni

Read in English.

Il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, Michael Stivala, jinsab lura fit-tellieqa għall-konċessjoni ta’ 65 sena tax-Chalet f’Tas-Sliema wara li sfida d-deċiżjoni tal-gvern li jħassar il-proċess.

Wara appell kontra d-deċiżjoni tal-gvern, il-Bord tal-Analiżi tal-Kuntratti Pubbliċi (PCRB) sab li l-kumitat tal-evalwazzjoni li kien qed jevalwa s-sejħa għall-offerti, immexxi mill-kriminologu Saviour Formosa, kien żbaljat meta ddeċieda li l-offerta ta’ Stivala ma kinitx konformi.

Il-PCRB sab li t-tim tal-evalwazzjoni magħżul mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma mexiex mat-termini tas-sejħa għall-offerti meta wasal għall-konklużjoni tiegħu.

Għalkemm it-tim tal-evalwazzjoni ddeċieda li l-offerta ta’ Stivala “mhijiex konformi teknikament”, l-PCRB ikkonkluda li l-kumitat kien evalwa s-sottomissjoni ħażin, talab dokumenti li jmorru lil hinn mill-ambitu tas-sejħa, u naqas milli jagħti marki xierqa lill-offerent Stivala.

Għaldaqstant, il-PCRB ordna lill-gvern biex iħassar id-deċiżjoni tiegħu li jwaqqaf il-konċessjoni u biex jaħtar tim tal-evalwazzjoni ġdid, differenti minn ta’ qablu, ħalli jerġa’ jevalwa l-offerta ta’ Stivala għall-konċessjoni.

Mibni fl-1926, ix-Chalet fl-imgħoddi kien sala taż-żfin mill-aktar imfittxija, iżda fl-1963 għalaq il-bibien u baqa’ mitluq u żdingat. Minkejja li tul l-aħħar 60 sena, bosta amministrazzjonijiet ippruvaw jergħu jiżviluppaw iż-żona, l-ebda tentattiv ma wassal għal xi riżultati konkreti.

Ix-Chalet kien sala taż-żfin popolari li għalqet il-bibien fl-1963 u li eventwalment tneħħiet, u tħallew biss il-pedamenti sporġuti tagħha.

Fl-2022, il-gvern ħareġ Sejħa għall-Proposti biex jittrasferixxi s-sit f’idejn is-settur privat għal 65 sena. Din is-sejħa talbet li l-investiment inizjali jrid ikun ta’ €3.2 miljun u wara 28 sena tal-konċessjoni jrid isir investiment ieħor ta’ €3.2 miljun.

Barra minn hekk, il-konċessjonarju jrid iħallas ċens ta’ madwar €6 miljun għall-perjodu kollu tal-konċessjoni; u bħala ħlas minimu tal-konċessjoni, il-gvern talab €8 miljun.

Għal din is-sejħa, iżda, ftit li xejn kien hemm interess, tant li l-Grupp Stivala kien l-unika offerent u offra €8.4 miljun.

Il-grupp qed jippjana li jiżviluppa ż-żona fi stabbiliment tal-ikel u tad-divertiment.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest


0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Jeffrey Pullicino Orlando se jsir ambaxxatur għall-Irwanda
Read in English. Id-dentist Jeffrey Pullicino Orlando se jkun
Is-sejħa tax-Chalet ordnata tkompli għax il-gvern kiser ir-regoli tal-evalwazzjoni
Read in English. Il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, Michael Stivala,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo