Eks uffiċjal għoli tal-ħabs ġiet trasferita lejn il-Kunsill ta’ JPO b’kuntratt ta’ €61,000 fis-sena

F'Ġunju li għadda Muscat kienet ġiet sospiża mill-impjieg tagħha fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin wara li filmati tas-CCTV kixfu li kienet ħalliet lil Yorgen Fenech jagħmel laqgħat fl-uffiċċju tagħha meta kien qiegħed il-ħabs.

 

Read in English.

L-eks uffiċjal għoli fil-ħabs li f’Ġunju li għadda kienet ġiet sospiża minn xogħolha u investigata mill-pulizija, ingħatat impjieg ġdid mal-gvern taħt ir-responsabbiltà diretta tal-eks membru parlamentari Jeffrey Pullicino Orlando fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet (NSC).

The Shift hu infurmat li, wara li Svetlana Muscat inqabdet f’wieħed mill-aħħar skandli tal-ħabs, l-eks deputat Nazzjonalista, illum mal-Labour u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-NSC, ġie ordnat jagħtiha kariga għolja mal-Kunsill li jmexxi.

Skont il-kuntratt il-ġdid tagħha mal-NSC, li The Shift kiseb b’talba tal-Libertà tal-Informazzjoni, Pullicino Orlando ingaġġa lill-eks preżentatriċi tal-ONE TV bħala Direttriċi tal-Marketing u l-Avvenimenti b’pakkett finanzjarju annwali ta’ €61,000.

F’Ġunju tal-2024, Muscat kienet ġiet sospiża mill-impjieg tagħha fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li filmati tas-CCTV kixfuha li kienet ħalliet lil Yorgen Fenech, akkużat li ħallas għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jagħmel laqgħat fl-uffiċċju tagħha meta kien għadu miżmum fil-ħabs.

Dan l-aġir jikser ir-regoli tal-ħabs li Muscat, bħala l-Kap tal-Istrateġija, kienet obbligata tosserva. Ir-regoli jagħmluha ċara li l-priġunieri jistgħu ikollhom dawn il-laqgħat biss f’ċerti postijiet apposta u mgħassin bil-kameras tas-CCTV u mill-uffiċjali tal-ħabs.

Wara dan il-każ, il-Ministeru tal-Intern kien talab lill-pulizija biex jinvestigaw, iżda fil-konfront tal-eks preżentatriċi tal-ONE TV u assistenta tal-eks Ministru Michael Farrugia ma nħarġu l-ebda akkużi kriminali.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-NSC, Jeffrey Pullicino Orlando.

Meta l-Ministeru ħabbar li Muscat ma kinitx se titressaq quddiem il-ġustizzja, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM) ordna t-trasferiment ta’ Muscat lejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet (NSC).

Pullicino Orlando, li bħala dentist għandu wkoll il-klinika privata tiegħu apparti l-impjieg full-time tiegħu mal-gvern, ġie ordnat isib post ġdid għal Muscat li jaqbel mas-salarju li kellha fil-ħabs.

Ma ngħatat l-ebda raġuni għalfejn Muscat ġiet trasferita hekk, b’mod sfurzat, minkejja li l-pulizija qatt ma ħarġu akkużi kriminali kontriha.

Joyce Cassar, Segretarja Permanenti fl-OPM, iffirmat l-ordni tat-trasferiment ta’ Muscat. U Yorgen Fenech fil-frattemp ħareġ bil-bail.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest


0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

NGOs secure major concessions in Gozo road project
A five-year campaign by environmental organisations has compelled the
Is-CEO Steve Ellul jaħtar lil oħt il-mentor tiegħu ma’ Infrastructure Malta
Read in English. The Shift jista’ jiżvela li wieħed

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo