Il-kummissarju nominat Malti se jingħata l-inqas portafoll tal-UE importanti

Read in English.

In-nominat tal-Prim Ministru Robert Abela biex isir il-Kummissarju Ewropew li jmiss minn Malta se jkun qed jingħata wieħed mill-inqas portafolli importanti fl-eżekuttiv tal-UE. Hekk qed jingħad bħalissa fl-ogħla kurituri ta’ Brussell.

Deskritt fuq il-Politico minn xi esperti fil-materji tal-UE bħala persuna mingħajr esperjenza u fjakka, hu maħsub li Glenn Micallef ta’ 34 sena u mingħajr esperjenza ministerjali, se jkun qed jiġi allokat il-portafoll tal-ugwaljanza, pożizzjoni insinifikanti fi Brussell.

Jekk jiġi kkonfermat nhar l-Erbgħa, meta l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen mistennija tagħmel it-tħabbira finali tagħha, Malta se tkun qed tingħata l-istess portafoll li għandha bħalissa l-Kummissarju Maltija Helena Dalli, li batiet ferm biex tipprova tħalli marka tul l-aħħar ħames snin fil-kapitali Ewropea.

Skont il-Politico, Malta lanqas mhu se jirnexxilha tikseb il-pożizzjoni ġdida li nħolqot ta’ Kummissarju għall-Mediterran — idea li imbuttaw bosta pajjiżi tal-Mediterran, fosthom Malta. Din il-pożizzjoni mistennija tingħata lin-nominat Ċiprijott, Costas Kadis.

Il-Politico qalet ukoll li issa li Malta ddeċidiet li tibgħat persuna mingħajr esperjenza u mingħajr passat fil-politika, Malta se tkun qed tingħata wieħed mill-inqas pożizzjonijiet importanti.

“Hemm ukoll żvantaġġi oħrajn,” iddikjarat il-Politico.

“Malta (bħal oħrajn) irrifjutat li tibgħat nominata mara Brussell ħalli jkun jista’ jintlaħaq l-għan ta’ von der Leyen li tmexxi Kummissjoni b’bilanċ tal-ġeneru; u hija l-iżgħar pajjiż fl-unjoni. Permezz tal-Presidenta tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, Malta diġà għandha kariga għolja ewlenija fi Brussell, u allura l-probabbiltà hi li Micallef ikun qed jikseb wieħed mill-inqas portafolli importanti,” żiedet tgħid.

Matul l-aħħar ġimgħat, żdiedet bil-bosta l-pressjoni fuq il-Prim Ministru Robert Abela biex jissodisfa x-xewqa ta’ von der Leyen u jibdel in-nomina ta’ Micallef. Għadd ta’ uffiċjali qrib il-Kummissarju uxxenti Helena Dalli llobbjaw bil-kbir ma’ von der Leyen biex tagħmel pressjoni fuq Abela ħalli jinnominha għal terminu ieħor.

Madanakollu, Abela żamm iebes u baqa’ jinnomina lill-eks chief of staff tiegħu minflok lil Dalli. Sorsi qrib Abela qalu lil The Shift li l-prim ministru kien kommess li jbiddel lil Dalli minħabba n-nuqqas ta’ kisbiet li kellha fi Brussell.

Fil-frattemp, skont il-Politico, l-aktar portafolli importanti mistennija jingħataw lil Franza, lill-Italja, lil-Latvja, lis-Slovakkja u lil Spanja, li lkoll se jkollhom il-kummissarju tagħhom maħtur(a) Viċi President.

Filwaqt li l-portafoll bl-akbar kompetizzjoni, l-aktar wieħed li fih poteri, għad irid jiġi deċiż, il-Politico spekulat li n-nominat ta’ Franza Thierry Breton se jkun qed jingħata l-Industrija, u li n-nominata Spanjola Teresa Ribera, li bħalissa hija d-deputat prim ministru ta’ pajjiżha, se tkun responsabbli mill-Patt Ekoloġiku tant importanti.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Il-grupp parlamentari Laburista: il-backbenchers jiddikjaraw dħul iżjed mill-ministri
Read in English. Kważi l-backbenchers parlamentari Laburisti kollha qed
Ilmenti legali fuq il-ftehim Montenegrin li fih l-Enemalta tilfet il-miljuni
Read in English. Kumpanija Spanjola ntlaqtet b’diversi lmenti legali

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo