Effetti tal-Inkjesta Vitals: l-avukat Deguara jirreżenja minn direttur tad-DIZZ

Read in English.

L-avukat u l-imprenditur Kevin Deguara għadu kif irreżenja minn żewġ karigi fit-tmexxija relatati mal-Grupp DIZZ, grupp ikkontrollat minn Diane Izzo u żewġha l-ambaxxatur Karl Izzo, żewġt iħbieb tal-familja ta’ Joseph u Michelle Muscat.

Kevin Deguara u Jean Carl Farrugia huma s-sħab fundaturi ta’ DF Advocates, u l-avukati li taw konsulenza lill-Vitals Global Healthcare u lil Technoline. Farrugia u Deguara bħalissa qed jaffaċċjaw akkużi ta’ ħasil tal-flus u li ħadu sehem f’attività u assoċjazzjoni kriminali. Minkejja dawn l-akkużi kriminali fil-qrati Maltin, Deguara għad irid jirreżenja minn bosta pożizzjonijiet oħrajn simili.

L-aħħar żviluppi ġraw ftit ġranet biss wara li Deguara, ħuh Kenneth, u s-sieħeb tagħhom l-avukat Jean Karl Farrugia se jkunu qed jittellgħu l-qorti.

Dawn it-tlieta flimkien ma’ oħrajn, fosthom uħud mill-kumpaniji tagħhom, qed jiġu akkużati b’ħasil tal-flus u reati oħra relatati mal-kuntratt frawdulenti tat-tliet sptarijiet tal-Maltin lil Vitals/Steward.

Minn tiftix li wettaq The Shift jidher li Kevin Deguara għandu bosta karigi oħra simili f’bosta kumpaniji elenkati u kumpaniji mal-Borża ta’ Malta. Bħalissa Deguara hu direttur fuq il-bord tad-diretturi ta’ Horizon Finance plc, Shoreline Mall plc, u l-Convenience Shop (Holding) plc.

Dan is-sieħeb ewlieni f’DF Advocates hu wkoll is-segretarju tal-bord ta’ Global Ports Melita Ltd, li hi relatata mas-sjieda tal-Valletta Cruise Port plc, u anki ta’ din tal-aħħar hu s-segretarju tal-bord.

Skont l-inkjesta maġisterjali tat-tliet sptarijiet, malli l-eks prim ministru Joseph Muscat irreżenja bid-diżunur minn Kastilja, Deguara tqabbad bħala konsulent tal-kumpanija tal-port tal-cruises u tħallas sitt pagamenti ta’ €10,000 il-wieħed (€60,000 b’kollox).

Deguara hu wkoll azzjonista f’bosta kumpaniji li huma involuti f’diversi proġetti kontroversjali. Wieħed minn dawn il-proġetti hu x-Shoreline investment li xtara art mingħand Smart City biex ikun jista’ jiżviluppaha fi proġett tal-proprjetà komplut b’kollox u kumpless tal-ħwienet. Dak iż-żmien tax-xiri, Keith Schembri kien jirrappreżenta lill-gvern fuq il-bord ta’ Smart City, u aktar tard ħadlu postu Kurt Farrugia.

Deguara jpoġġi wkoll fuq il-bord tal-proġett kontroversjali tal-Università Amerikana ta’ Malta, u miegħu jpoġġi wkoll Adrian Hillman, l-eks direttur maniġerjali tat-Times of Malta li kien inħatar fuq il-bord tal-università wara struzzjonijiet diretti ta’ Keith Schembri.

Deguara jpoġġi wkoll fuq il-bordijiet tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija Franċiża u tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Afrika t’Isfel.

Fl-2021, bħala parti mill-inkjesta maġisterjali tat-tliet sptarijiet, il-pulizija għamlu raid fir-residenza u fl-uffiċċji tiegħu. Deguara, il-President tat-tim tal-futbol ta’ Ħaż-Żabbar, St Patrick’s, hu involut ukoll f’bosta negozji li kibru u rnexxew bil-bosta fl-aħħar deċennju.

Fosthom hemm il-katina tas-supermarkets tal-Convenience Shop, li fihom għandu xi ishma mas-sieħeb tiegħu f’DF Advocates, Jean Carl Farrugia. Dan tal-aħħar ipoġġi wkoll fuq il-kumitat tal-Valletta FC.

Mill-2020 ‘l hawn, Farrugia kien ukoll membru fil-bord tad-diretturi ta’ DShopping Malls Finance plc u tad-Dizz Finance plc, żewġ vetturi finanzjarji li jwieżnu n-negozji ta’ Diane u Karl Izzo.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Il-Qorti tannulla d-deċiżjoni dwar l-inċineratur ta’ €600 miljun
Read in English. Il-konsorzju multinazzjonali Hitachi-Terna għadu kif rebaħ
Direct order ta’ €365,000 lil kumpanija tal-Corinthia għal fiera agrikola
Read in English. Il-gvern għadu kif ħallas direct order

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo