Read in English.
Meta The Shift talab lil Heritage Malta biex tispjega l-għejbien ta’ vażuni u arloġġ ta’ valur mill-Palazz tal-Gran Mastru waqt il-ħinijiet tal-ftuħ aktar kmieni din il-ġimgħa, Heritage Malta daret fuq TVM biex tħabbar is-serqa li kienet żammet mistura għal bosta żmien, hekk kif intebħet li ma setgħetx tostorha iżjed.
The Shift skopra li waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-avveniment biennale li għaddej bħalissa nserqu tliet vażuni tal-majolika u arloġġ, li lkoll għandhom valur storiku, meta kienu f’kamra ċkejkna ħdejn il-Green Room fl-ewwel sular tal-Palazz.
Għalkemm iċ-Chairman ta’ Heritage Malta Mario Cutajar u s-CEO Noel Zammit ġew infurmati minnufih, dawn għażlu li ma jħabbru xejn dwar din it-tieni serqa ta’ patrimonju kulturali f’xahrejn.
Imbagħad, meta kkuntattjat ilbieraħ filgħodu minn The Shift u mitlub jikkonferma s-serqa, is-CEO Noel Zammit issammat. Qalilna, “Bħalissa qed insuq u qiegħed waqt laqgħa. Please ibagħtuli email.”
Ir-rapport tas-serqa mbagħad deher fuq TVM filwaqt li l-mistoqsijiet ta’ The Shift baqgħu ma tweġbux.
Fl-istqarrija tiegħu, li lanqas biss intbagħat lil The Shift, Zammit ikkonferma li kienu nsterqu artifatti storiċi mill-Palazz tal-President u li kienu ssejħu l-pulizija biex jinvestigaw.
Madanakollu, Zammit ma semma xejn dwar meta saret din is-serqa, u meta effettivament sar ir-rapport lill-pulizija.
Din is-serqa ta’ wirt kulturali mill-Palazz tal-Presidenti kienet it-tieni waħda f’xahrejn. Ix-xahar l-ieħor sparixxew żewġ midalji tad-deheb mill-Mużew Marittimu tal-Birgu.