L-Istat jixtri t-tieni SUV lussuża lill-Prim Ministru Robert Abela

Read this article in English.

F’Settembru 2023, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (l-OPM) xtara Range Rover lussuża tal-aħħar mudell lill-Prim Ministru Robert Abela. Din hija t-tielet karozza uffiċjali minn kemm ilu li sar prim ministru fl-2020.

Din l-SUV ġdida fjamanta, Range Rover P510e, li Abela qed juża bħala l-karozza uffiċjali tiegħu, tiswa xi €130,000 fis-suq iżda l-OPM xtraha mingħand Muscat Motors b’direct order ta’ €90,000.

Il-gvern hu eżentat milli jħallas it-taxxi, bħas s-sisa għall-vetturi uffiċjali.

Bejn Mejju 2020 u Settembru 2020,  il-prim ministru kien kera karozza elettrika ġdida, BMW 530iPerformance. Skont it-tweġibiet ta’ xi mistoqsijiet parlamentari, din kien swiet lill-poplu €13,200 tul dak il-perjodu, li tħallsu lil kumpanija mhux magħrufa. Il-kiri twaqqaf bosta xhur ilu meta waslet din l-SUV l-ġdida.

Bejn Jannar 2020 – meta Abela laħaq Prim Ministru u Mejju 2020, Abela uża wkoll BMW mikrija oħra.

Din ir-Range Rover elettrika l-ġdida ta’ Abela, li skont il-manifatturi hija “l-aktar waħda veloċi li qatt inbniet” u “karozza li taħkem it-triq”, hija t-tieni SUV mogħtija lill-prim ministru għall-użu personali.

SUV oħra, did-darba Range Rover Evoque, kienet inxtrat f’Settembru 2020 biex tkun it-tieni karozza tal-Abelijiet. Anki dik il-vettura, li ħafna drabi tużaha martu Lydia, kienet inxtrat mingħand Muscat Motors b’direct order ta’ €43,000, mingħajr taxxi.

Meta The Shift ippreżenta talba tal-Libertà tal-Informazzjoni biex jikseb kopja tal-kuntratti tal-kiri jew tax-xiri tal-vetturi li uża l-Abela kemm ilu fil-kariga, l-OPM irrifjuta din it-talba. Minflok, l-OPM qal li minbarra l-prezz imħallas għax-xiri, it-tieni SUV, jiġifieri dik li tuża Lydia, tellgħet kont ta’ €21,705 minn Settembru 2020 sal-lum, li jinkludu l-assigurazzjoni, il-liċenzji u l-manutenzjoni. Fil-frattemp, il-karozza uffiċjali l-ġdida tal-prim ministru diġà swiet lill-poplu €4,500 fi spejjeż minn kemm ilha li nxtrat ftit xhur ilu sal-lum.

B’differenza mill-ministri, il-prim ministru jista’ jkollu żewġ karozzi tal-gvern, waħda għall-użu uffiċjali u l-oħra għall-użu privat.

Il-membri tal-kabinett jingħataw karozza uffiċjali waħda, li jistgħu jużawha kemm għall-qadi tad-doveri uffiċjali u anki privatament f’Malta.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Franco Vassallo
Franco Vassallo
2 months ago

Nimmagina li l karozza hi “electric” jew “plug in hybrid “ biex jaghti ezempju?

Related Stories

F’seba’ snin, l-ERA approvat il-qlugħ ta’ 3,400 siġra protetta
Read in English. Matul l-aħħar seba’ snin, l-Awtorità tal-Ambjent
Il-VistaJet tiftaħ kawża ta’ €386 miljun kontra kumpanija rivali
Read in English. Il-kumpanija tat-titjiriet privati VistaJet, irreġistrata f’Malta,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo