Schembri qed jiffaċċja proċeduri fil-Qorti dwar taxxa mhux imħallsa

Read this article in English here.

Skont ittra ġudizzjarja ppreżentata mill-Kummissarju tat-Taxxi, Keith Schembri, iċ-chief of staff tal-ex prim ministru diżonorat Joseph Muscat, għandu jiffaċċja proċeduri fil-qorti jekk ma jħallasx kont ta’ ‘l fuq minn €134,000.

Skond id-dokumenti tal-qorti, kont li jmur lura għall-2012, Schembri ngħata jumejn biex iħallsu. Bejn l-2013 u l-2019, Schembri serva bħala ċ-Chief of Staff fl-uffiċċju tal-prim ministru.

Jidher li dan il-kont ma tħallasx. Permezz ta’ ittra ġudizjarja aktar reċenti tas-26 ta’ Mejju, ppreżentata fil-qorti ċivili u indirizzata fir-residenza ta’ Schembri l-Mellieħa, il-Kummissarju tat-Taxxi lil Schembri avżah li jekk ma jikkonformax mal-liġi u l-kont pendenti jħallsu, kienet se tinbeda proċedura fil-qorti kontrih biex tinġabar it-taxxa li ma ħallasx.

The Shift għandha informazzjoni li f’Settembru tal-2020, il-kummissarju tat-taxxi ta’ dak iż-żmien, Marvin Gaerty, lil Schembri kien diġà bagħatlu stima tat-taxxa dovuta għall-perijodu mill-2012 sal-2019.

Skont din l-istima, it-taxxi kollha dovuti għas-snin 2012, 2014 u 2019, Schembri kien baqa’ ma ħallashomx.

Apparti s-somma ta’ €74,000 f’taxxi oħra pendenti, id-dipartiment tat-taxxi lil Schembri talbu jħallas €60,000 oħra f’interessi.

Għalkemm din it-twissija l-Kummissarju tat-Taxxi għamilha fl-2020, il-proċeduri formali kontra l-ex Chief of Staff tal-OPM, il-gvern bdiehom biss wara li Schembri irriżenja f’Novembru tal-2019.

Bħalissa Schembri qed jiffaċċa proċeduri kriminali oħra fil-qorti minħabba allegat każ ta’ korruzzjoni, frodi u attivitajiet kriminali oħra dwar ‘investiment’ ta’ ħafna miljuni ta’ Ewro li sar mill-Progress Press, il-pubblikatur tat-Times of Malta.

Fost l-allegati kompliċi tiegħu, li huma wkoll qed jiffaċċaw proċeduri kriminali, hemm Adrian Hillman, Vince Buhagiar u Michel Rizzo: dawn kienu kollha f’xi ħin diretturi maniġerjali ta’ Allied Newspapers. Magħhom hemm ukoll sħab Schembri tal-Kasco Group of Companies u x-shareholders tad-ditta tal-accounting Nexia BT, Brian Tonna u Karl Cini.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo