Is-Seg.Perm tal-Ministeru għal Għawdex instab li kiser “abitwalment” ir-regoli tal-akkwist

Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għal Għawdex John Borg, li ilu fil-kariga mill-2014 u rnexxielu jibqa’ f’postu taħt tliet ministri Laburisti konsekuttivi, ġie identifikat bħala l-moħħ ewlieni wara l-abbuż rampanti attwali fil-Ministeru għal Għawdex, b’mod partikolari fl-użu tal-fondi pubbliċi. F’rapport kundannanti ieħor mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (l-NAO) dwar l-infiq tal-ministeru fl-2022, Borg jissemma bi prominenza li akkomoda direct orders b’mod ripetittiv lill-istess fornituri tas-servizzi jew persuni.

Dan l-abbuż ta’ Borg hu eżattament bil-kontra tal-inkarigu tiegħu bħala segretarju permanenti, li suppost ikun kontinwament qed jgħasses biex jiżgura li kollox jimxi skont r-regoli.

Ir-rapport tal-NAO jikkonferma bosta rappurtaġġi ta’ The Shift dwar abbuż rampanti fil-Ministeru għal Għawdex immexxi minn Clint Camilleri. Meta stħarreġ sempliċiment kampjun ta’ wħud mill-mijiet ta’ direct orders approvati minn Borg matul 2022, l-NAO sab li bosta servizzi ta’ valur sostanzjali kienu “abitwalment qed jinqasmu f’bosta kuntratti li ma jaqbżux il-limitu ta’ €10,000 stabbilit fir-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku.” Skont l-Awditur Ġenerali, “Dan il-mod kif isir l-akkwist pubbliku, li jimmerita sejħiet pubbliċi għall-offerti, kien qed jiġi approvat mis-segretarju permanenti rispettiv (John Borg).”

Is-segretarju permenanti fil-Ministeru għal Għawdex, John Borg.

Skont il-liġi, il-kuntratti kollha li jaqbżu l-€10,000 iridu jingħataw wara li tinħareġ sejħa pubblika. Madankollu, bl-approvazzjonijiet ta’ Borg, il-Ministeru għal Għawdex qasam il-kuntratti f’biċċiet ripetuti ta’ kuntratti b’direct order ta’ €10,000 kull wieħed ħalli l-fornituri ‘magħżula’ jkunu jistgħu jiġu akkomodati mingħajr kompetizzjoni.

L-Awditur Ġenerali nnota li dan il-metodu illegali u abbużiv kien qed jintuża mill-Ministeru għal Għawdex b’mod estensiv, b’mod partikolari għas-sigurtà, it-tindif, l-immaniġġjar tal-proġetti u s-servizzi tar-riċerka.

“Bejn id-9 ta’ Diċembru 2021 u t-28 ta’ Novembru 2022, il-Ministeru għal Għawdex ħareġ 37 direct order lil kumpanija partikolari biex tipprovdi servizzi tas-sigurtà, b’valur totali ta’ €209,082 (VAT eskluża),” sab l-NAO. “Bosta ftehimiet, li kull wieħed ikopri perjodu ta’ ftit ġimgħat, ġew iffirmati b’mod separat biex jaqdu nħawi differenti (ta’ Għawdex) fir-responsabbiltà tal-ministeru,” jiddikjara r-rapport. Bejn Jannar 2020 u t-tmiem l-2022 saru ħmistax-il ftehim konsekuttiv b’direct order, li kull wieħed ikopri disa’ ġimgħat, ma’ persuna partikolari biex tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġjar tal-proġetti.

Anki r-riċerka ġiet ikkummissjonata b’sistema abbużiva. “Bejn Ġunju 2020 u Jannar 2023, il-ministeru ħallas b’kollox €68,000 għal servizzi ta’ statistika u konsulenza b’rabta ma’ kompiti differenti. Dawn ġew akkwistati b’kuntratti ta’ xahrejn il-wieħed permezz ta’ diversi direct orders lill-istess fornituri tas-servizz.”

L-NAO sab ukoll bosta każijiet oħra ta’ abbuż li lkoll jippuntaw direttament lejn l-uffiċċju tas-segretarju permanenti, fosthom l-approvazzjoni ta’ varjazzjonijiet (ħlasijiet addizzjonali), u dawn apparti l-ħlasijiet għall-kuntratti u l-modifiki determinati minn qabel fil-kuntratti. “Qabel l-iffirmar ta’ kuntratt partikolari għall-forniment ta’ servizzi tas-sigurtà fil-parkeġġ tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Għawdxi nhar il-11 ta’ Diċembru 2020, is-segretarju permanenti fis-7 ta’ Diċembru 2020 kien diġà ħareġ l-approvazzjoni tiegħu biex issir bidla fil-kuntratt li tiswa €10,297, jiġifieri 50% tal-valur tal-kuntratt.”

Minkejja d-diversi drabi li s-segretarju permanenti nstab li aġixxa kontra l-missjoni tiegħu stess, l-ebda azzjoni ma ttieħdet mill-prim ministeru responsabbli għan-nomina tiegħu.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo