€5 miljun f’direct orders mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kemm ilu jmexxih Borg

Kważi nofs miljun ewro minnhom intefqu biss fuq titjiriet għall-ministru u d-delegazzjoni tiegħu

 

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin nefaq kważi €5 miljun f’direct orders minn kemm ilu li Borg inħatar ministru għall-affarijiet barranin f’Marzu 2022, skont dejta ppreżentata fil-parlament it-Tnejn li għadda.

Kważi nofs miljun ewro f’direct orders intefqu fuq titjiriet għal Borg u d-delegazzjonijiet tiegħu, b’għexieren tal-eluf minfuqa għat-titjiriet tal-ambaxxaturi u tal-uffiċjali tal-ministeru.

Borg qiegħed id-dokumenti fuq il-medja tal-Kamra t-Tnejn li għadda, biex iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami

Borg ġie mċaqlaq lejn il-ministeru għall-affarijiet barranin is-sena l-oħra wara reshuffle tal-kabinett wara l-elezzjoni ġenerali tal-2022. Fir-rwol preċedenti tiegħu bħala l-ministru għat-trasport, hu kien ġie kkritikat għall-użu kontinwu tad-direct orders mill-ministeru tiegħu, li f’sitt xhur kienu laħqu t-€12-il miljun.

Minn analiżi tad-dejta mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra joħroġ li l-aġenzija tal-ivvjaġġar Tristar Travel ingħatat ħafna mid-direct orders biex tipprovdi l-biljetti tal-ajru ta’ Borg. Barra minn hekk, jekk jingħaddu wkoll il-biljetti tal-ajru mixtrija lill-uffiċjali l-oħra tal-ministeru, din l-aġenzija ngħatat €322,000 f’direct orders f’Marzu tal-2022.

Din is-somma tinkludi l-bosta titjiriet li għamlu l-ministru u d-delegazzjoni tiegħu lejn Doha, New York, Brasilia, New Delhi, il-Ġappun, il-Libja u l-Marokk, iżda ma tinkludix in-nefqiet għal-lukandi tal-ħames stilel u spejjeż oħrajn.

Il-ministeru ħareġ direct order lussuża ta’ €67,000 biex inkrew 108 metri kwadri ta’ spazju għall-esebizzjoni biex fi Frar li ġej jinbena “il-paviljun Malti” fl-esebizzjoni tal-ikel ta’ Dubai Gulf.

Il-lista tad-direct orders tinkludi direct order ta’ €26,000 biex inxtraw ingravajjet għall-irġiel u mkatar u basktijiet għan-nisa bit-‘tema’ bħala oġġetti għall-kandidatura – mingħajr kontestanti oħrajn – ta’ Malta fin-Nazzjonijiet Uniti.  Malta kienet l-unika pajjiż li riedet il-pożizzjoni.

Anki Ray Attard, il-kanvażer tal-Ministru Borg u l-fotografu personali fil-kampanja tiegħu, li kien ġie impjegat b’kuntratt bla preċedent, jidher fil-lista tad-direct orders, xi drabi jisemma b’ismu bħala parti minn delegazzjoni ministerjali.

Din is-sena, il-kuntratt ta’ Attard mal-ministeru nbidel għal dak ta’ konsulent biex il-Ministru Borg ikun jista’ jżomm lill-ħabib personali tiegħu mingħajr ma jissoġġettah għar-regoli tas-servizz pubbliku.

Dan l-infiq lussuż bid-direct orders jiżgarra mad-dikjarazzjonijiet li l-awtoritajiet tal-gvern bħall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin se jnaqqsu l-infiq u jrażżnu l-pompaġni bħala parti mill-isforzi tal-gvern biex itaffi ż-żieda qawwija fid-dejn nazzjonali.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

F’seba’ snin, l-ERA approvat il-qlugħ ta’ 3,400 siġra protetta
Read in English. Matul l-aħħar seba’ snin, l-Awtorità tal-Ambjent
Il-VistaJet tiftaħ kawża ta’ €386 miljun kontra kumpanija rivali
Read in English. Il-kumpanija tat-titjiriet privati VistaJet, irreġistrata f’Malta,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo