€30,000 biex jirrinovaw l-uffiċċju ta’ Norma Saliba flok biex jinxtraw il-kotba għat-tfal

Xi €30,000 minn fondi pubbliċi li kienu maħsuba biex jinxtraw il-kotba għat-tfal fil-libreriji pubbliċi tal-gvern sa tmiem is-sena issa se jkunu qed jintużaw biex jirrinovaw l-uffiċċju l-ġdid ta’ Norma Saliba f’Chateau de la Ville, il-Belt Valletta.

Saliba, li rreżenjat minn kap tal-aħbarijiet tax-xandir nazzjonali wara tilwim li kellha mas-CEO maħtur politikament Mark Sammut, ingħatat irwol ġdid bħala l-ewwel kap eżekuttiv taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Ilsien Malti mill-Ministru għall-Kultura Minister Owen Bonnici.

The Shift għadu kemm skopra li flok intefqu biex ittejbu l-litteriżmu fost it-tfal Maltin, il-flus allokati għal dak il-għan issa se jkunu qed jintużaw għall-madum u l-għamara l-ġodda fl-uffiċini l-ġodda ta’ Saliba, wara deċiżjoni li ħa l-Ministeru ta’ Bonnici.

Barra minn hekk, se jkunu qed jittieħdu €30,000 oħra mill-allokazzjoni finanzjarja tal-gvern għall-Fondazzjoni Kottonera ħalli Saliba jkollha baġit biex topera fil-kariga l-ġdida, wara deċiżjoni tas-Segretarja Permanenti Joyce Dimech skont struzzjonijiet diretti ta’ Bonnici.

Meta mitluba minn The Shift biex tgħid għalfejn il-fondi mwarrba għal-libreriji qed jintużaw għar-rinovazzjoni tal-uffiċċju ta’ Saliba u jekk il-libreriji mhumiex se jiġi kkumpensati s-sena d-dieħla għal dan it-tnaqqis fil-fondi, Dimech għażlet li ma tweġibx.

Dimech diġà tinsab maqbuda f’għadd ta’ skandli fil-Ministeru ta’ Bonnici. Minbarra dan, hi għażlet ukoll li ma tagħtix dettalji dwar il-linja baġitarja disponibbli għal Saliba wara d-deċiżjoni ta’ malajr li saret biex inħolqot il-kariga l-ġdida tagħha wara li tlewmet maċ-Chairman Eżekuttiv tal-PBS Mark Sammut.

Skont sorsi fil-Ministeru għall-Kultura li tkellmu ma’ The Shift, wara d-deċiżjoni ta’ Bonnici li jaqbad u jpoġġi lil Saliba f’kariga ġdida li nħolqot għaliha, Dimech żgurat li tagħti lill-eks kap tal-aħbarijiet tal-PBS dak li titlobha ħalli takkomodaha mingħajr ħafna dewmien.

“B’differenza minn dak li jiġri s-soltu f’talbiet bħal dawn li jagħmlu l-impjegati tal-Ministeru, Joyce Dimech ħabirket ġmielu biex “tobdi l-istruzzjonijiet li taha l-kap tagħha u ssib uffiċċju ġdid għal Saliba fil-binja ta’ Triq l-Arċisqof, li bħalissa qed tilqa’ d-direttorat tal-kultura,” qalulna s-sorsi.

“Peress li Saliba m’għoġobhiex il-madum ta’ dan il-palazz antik, Dimech ħadet fondi mingħand entitajiet oħrajn ħalli tissodisfa x-xewqat ta’ Saliba li riedet tbiddel il-madum u l-għamara.”

Sal-lum, Saliba ftit li xejn dehret fl-uffiċċju tagħha minkejja li qed tingħata pakkett finanzjarju ta’ €73,000 fis-sena.

L-irwiefen qamu f’Awwissu li għadda meta Bonnici qabad u ħareġ avviż legali biex joħloq rwol ġdid fis-settur pubbliku għal Saliba biex tieħu ħsieb il-fergħa eżekuttiva tal-Kunsill tal-Ilsien Malti.

Mingħajr ma kkonsulta mal-Kunsill, il-Ministeru qabad u impona lil Saliba u dan minkejja li hi m’għandhiex kwalifiċi speċifiċi jew esperjenza fl-ilsien Malti.

Filwaqt li ma aċċettax il-ħatra tagħha, il-Kunsill talab lil Bonnici biex ireġġa’ lura l-ħatra li għamel jew inkella kienu se jispiċċaw il-qorti. Madankollu, sal-lum, minkejja l-protest ġudizzjarju formali, mhuwiex magħruf jekk il-Kunsill fetaħx il-kawża.

Fil-frattemp, xi membri tal-Kunsill li tkellmu ma’ The Shift qalulna li mhu jsir l-ebda kuntatt bejnhom u Saliba.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-ebda riforma fil-liġi tal-ippjanar minkejja l-wegħda tal-Prim Ministru sena ilu
Read in English. Issa għaddiet iżjed minn sena minn
Is-Serqa tal-Isptarijiet: wasal il-mument
Read in English. L-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo