Bniedem wieħed b’żewġ funzjonijiet ta’ CEO u b’żewġ salarji fil-ministeru tat-turiżmu

This article is available in English

L-Institute of Tourism Studies u l-Mediterranean Conference Centre huma żewġ entitajiet distinti tal-gvern, u t-tnejn li huma jiġu taħt il-ministeru tat-turiżmu. Oħroġ il-għaġeb, hemm imexxihom l-istess CEO b’żewġ kuntratti differenti ta’ impieg.

Din l-informazzjoni Pierre Fenech ikkonfermaha, imma ma riedx jgħid kemm qed jitħallas ta’ dawn iż-żewġ impiegi għolja mal-gvern; lanqas ma jrid igħid kif qed ileħħaq ma’ dawn iż-żewġ jobs ta’ CEO full-time, li flimkien jinħtieġu tal-inqas 80 siegħa xogħol fil-ġimgħa.

Clayton Bartolo, il-Ministru tat-Turiżmu, ukoll ma jridx jispjega kif tqabbad l-istess individwu bħala CEO f’żewġ entitajiet distinti tal-gvern.

It-talbiet Freedom of Information li saru liż-żewġ entitajiet tal-gvern għall-kopji ta’ dawn il-kuntratti, ġew irrifjutati wkoll. Ikkonfermaw li kienet saret il-ħatra ta’ CEO għaż-żewġ entitajiet, imma ma ridux jagħtu informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet ta’ kull kuntratt.

Allura The Shift, lill-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, issa għamlitlu żewġ talbiet separati biex dawn iċ-ċaħdiet FOI jinvestigahom.

Qabel ma daħal jaħdem mal-gvern fl-2014, Fenech kien jaħdem il-Montekristo Estates, l-istabbiliment li l-iżviluppatur Charles Polidano (iċ-Ċaqnu) żviluppah illegalment.

Sorsi kemm fl-ITS kif ukoll fl-MCC, lil The Shift qalulha li Fenech ilu jokkupa dawn iż-żewġ pożizzjonijiet għal diversi snin, miż-żmien li l-ex ministru diżonorat Konrad Mizzi kien imexxi l-ministeru tat-turiżmu.

Mart Fenech, Romina, hija ħabiba tal-qalb ta’ Michelle Muscat, il-mara tal-ex-prim ministru diżonorat Joseph Muscat.

Fl-2020, meta l-entità statali Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd kien responsabbli għaliha politikament l-ex Ministru min-Naxxar Michael Farruġia, is-sinjura Fenech kienet inħatret membru tal-bord tad-diretturi tagħha. Il-koppja Fenech jivvutaw fil-kostitwenza ta’ Farrugia.

F’Diċembru tal-2021, The Shift kienet żvelat li lil ħu l-ministru tat-turiżmu, il-perit Gilbert Bartolo, Fenech kien tah direct order. U wara, lil The Shift, Fenech kien qalilha li ma kienx jaf li l-perit kien jiġi ħu l-ministru.

U ftit ġimgħat ilu biss, Fenech irrifjuta wkoll talba biex il-kuntratt ta’ Frank Fabri jippubblikah. Fabri huwa l-ex segretarju permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni li ntalab jirreżenja minħabba l-iskandlu ta’ Justyne Caruana.

Wara l-elezzjoni ġenerali, Fabri kienu tawh pożizzjoni għolja ġdida bħala general manager ta’ skola ġdida tat-taħriġ tal-ITS. Fenech ma riedx jispjega kif l-ITS issa għandha kemm CEO kif ukoll general manager f’daqqa.

Fenech huwa wkoll membru tal-bord ta’ kumpannija oħra tal-gvern, l-ITS New Campus Ltd, li fdata f’idejha għandha l-proġett tal-ITS Smart City, proġett li jiswa l-miljuni ta’ Ewro. Il-proġett ilu għal diversi snin fil-fażi tal-pjanifikazzjoni, imma s’issa għadu ma sar l-ebda progress.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Joseph
Joseph
1 year ago

This doesn’t make sense, if these people are rewarded in this obscene manner, how much are the the once at the top of the pecking order getting? I’m thinking, is it possible that one of the CEO salary is being filtered through somehow to Korrot Mizzi to keep him quiet? I believe under this very well organized Mafia everything is possible! I understand this comment may not be published. so while I’m at it I have often asked, ‘what happens to all the drug finds?’ Why do I think it may not be all safely destroyed and somehow passed on somewhere else! Thanks for all your good work.

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo