L-Awtorità tal-Artijiet, lil sid il-pompa tal-petrol kontroversjali f’Manoel Island, tbigħlu propjetà prima

Għal xi raġuni, hu biss tefa’ offerta għall-propjetà l-Gzira, quddiem il-baħar, li se tiġi tiswa l-miljuni, u qiegħda faċċata l-pompa tal-petrol tiegħu, in-naħa l-oħra tat-triq.

 

This article is available in English

Qed joħorġu fil-beraħ iktar rabtiet bejn min hu ta’ ġewwa fl-Awtorità tal-Artijiet u Simon Muscat, li minbarra negozju ieħor, huwa sid il-pompa tal-petrol kontroversjali f’Manoel Island. Muscat kien l-uniku wieħed li tefa’ l-offerta tiegħu biex jixtri propjetà fuq il-front tal-Gzira li tista’ tiġi zviluppata.

The Shift hija infurmata li stranament, Muscat kien l-uniku wieħed li tefa’ l-offerta tiegħu biex jixtri residenza mgħarrqa ta’ żewġ sulari fuq il-front tal-Gzira, li issa qed iġib prezzijiet tajbin. Sa ftit xhur ilu, Muscat kien klijent tal-kumpannija legali tal-Prim Ministru Robert Abela.

Il-propjetà tista’ tiġi zviluppata fi blokka ta’ appartamenti ta’ diversi sulari, u biex akkwistaha, Muscat ħallas 981,000 Ewro, elf Ewro biss iktar milli kienet qed titlob l-Awtorità tad-Djar.

Billi kien Muscat biss li tefa’ offerta, il-propjetà bigħuhielu bla ebda kompetizzjoni.

Inċidentalment, din il-propjetà li akkwista Muscat qiegħda preċiż quddiem il-pompa tal-petrol kontroversjali tiegħu. U dil-pompa għandha tiġi rilokata fl-uniku ġnien pubbliku li hemm il-Gzira. L-Awtorità tal-Artijiet, din ir-rilokazzjoni diġà approvaha.

Imma dwar din il-biċċa, il-Kunsill Lokali tal-Gzira u l-NGOs qed jipprotestaw bil-kbir kontra l-gvern.

Lil The Shift, sorsi fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet qalulha li għalkemm din il-propjetà, Muscat akkwistaha bis-saħħa ta’ sejħa pubblika, kienet ħaġa verament stramba li saret offerta waħda biss.

“Ladarba l-Awtorità tal-Ippjanar toħroġ il-permess sħiħ għall-iżvilupp ta’ blokka appartamenti tas-soltu, din il-propjetà se tkun tiswa l-miljuni. Naturalment tagħmel differenza kbira għal xerrej potenzjali li jkollu l-informazzjoni ġusta fil-ħin propizju,” qalulha xi sorsi lil The Shift.

Diġà kixfithom The Shift, ir-rabtiet qawwija li hemm bejn Muscat u xi uffiċjali importanti fl-Awtorità tal-Artijiet.

James Piscopo issa huwa konsulent tal-Fortina Group ta’ Zammit Tabona, imma meta kien imexxi l-Awtorità, lil Muscat tawh serje sħiħa ta’ direct orders bis-saħħa tal-kumpannija tiegħu Cubed Turnkey Projects Ltd.

Il-kumpannija ta’ Muscat tawha ħafna ‘xogħlijiet żgħar’ permezz tad-direct orders, imma barra minn hekk, l-Auberge de Baverie, il-headqurters tal-Awtorità tal-Artijiet, lil din l-istess kumpannija qabbduha tirriabilitaha, u ta’ dan ix-xogħol tawh il-mijiet ta’ eluf ta’ Ewro.

Fost l-ikbar ‘ħbieb’ ta’ Muscat fl-Awtorità tal-Artijiet, kien hemm Clint Scerri, magħruf bħala ‘ir-Re tal-Awtorità tal-Artijiet’ wara li kien involut fl-iskandlu tal-propjetà ta’ Gaffarena fi Triq iz-Zekka, kif ukoll Matthew Zammit, magħruf bħala ‘Funk’: dan kien daħħlu jaħdem l-Awtorità, Piscopo, imma s-sena l-oħra kellu jirreżenja minħabba l-involviment tiegħu fi skandlu li kellu x’jaqsam mal-għotja ta’ art pubblika lil restorant l-Isla.

S’issa, l-Awtorità qed tirrifjuta t-talbiet Freedom of Information li għamlitilha The Shift biex tagħtiha lista tal-kuntratti u l-ħlasijiet kollha li ngħataw lil Simon Muscat jew lil Cubed Turnkey Projects f’dawn l-aħħar snin.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
luke
luke
2 years ago

issa dawn tal pompa, li insibuwhom bhal ta paroli biex nifthemu, huma nazzjonalisti ippatentjati ta

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo