Għall-kunċert ta’ Joseph Calleja ċaħdu l-attendenza b’xejn, imma l-fondi mill-gvern nżammu

You can read the article in English here

Iktar kmieni din il-ġimgħa, it-tenur Joseph Calleja ta kunċert fil-beraħ. Dan l-avveniment ibbenefika minn mijiet ta’ eluf ta’ Ewro mit-taxxi tal-poplu bis-saħħa tal-isponsorships li offra l-gvern.

Imma The Shift tista’ tiżvela li din is-sena ma kienx onorat il-ftehim li sar fl-2013: bis-saħħa tiegħu  dan il-kunċert ta’ kull sena kellu joffri spazju fejn wieħed seta’ jattendi bil-wieqfa mingħajr ma jħallas.

Il-ftehim kien sar fl-2013, ftit ġimgħat biss wara li kien tela’ gvern Laburista. Il-gvern kellu jibda jalloka €350,000 kull sena għal dan il-kunċert biex il-pubbliku jkun jista’ jgawdi dan l-avveniment annwali b’xejn.

Il-ftehim qatt ma ġie ppubblikat: skontu l-gvern kellu jisponsorja spazju waqt il-kunċert fuq il-Fosos tal-Furjana biex dawk li ma setgħux iħallsu il-prezz esaġerat tal-biljett, xorta jkunu jistgħu jgawdu “il-kultura u l-mużika”.

Dokument tal-MTA mill-parlament li jikkonferma l-isponsorship ta’ €350,000 għall-kunċert ta’ Joseph Calleja fl-2018.

Imma minkejja dan l-arranġament, għall-kunċert li sar dil-ġimgħa ma kien hemm l-ebda spazju allokat fejn wieħed seta’ jattendi bil-wieqfa. Dis-sena l-post inbidel għall-Forti Manoel – post iżgħar għax l-udjenza għall-kunċerti kull ma tmur qed tonqos.

Kien hemm xi 3,000 ruħ fl-udjenza: jew ħallsu, inkella kellhom jottjenu biljett b’xejn ‘sponsorjat’ biex ikunu jistgħu jattendu għall-kunċert. Minkejja li dis-sena ma kienx hemm l-ispazju sponsorjat mill-gvern, fejn wieħed seta’ jattendi bil-wieqfa b’xejn, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu xorta ħallsitha l-kontribuzzjoni ta’ kull sena għall-ispiża tal-kunċert tat-tenur.

Meta saqsejna kemm kienet is-somma din is-sena allokata għall-kunċert ta’ Joseph Calleja, il-ħamsa u għoxrin wieħed fil-fatt, kemm Gavin Gulia, iċ-Chairman tal-MTA, kif ukoll Carlo Micallef, li għadu kemm ġie promoss għal CEO, ma riedu jagħtu l-ebda dettall.

U t-tnejn li huma baqgħu ma qalux għaliex il-gvern xorta ħallas il-mijiet ta’ eluf ta’ Ewro għall-kunċert meta l-pubbliku ma kellux post fejn seta’ jattendi bil-wieqfa b’xejn.

The Shift għandha informazzjoni li uħud minn dawk li marru l-kunċert kellhom iħallsu bejn 80 u 200 Ewro għall-biljett, imma l-maġġoranza kellhom biljett b’xejn jew bis-saħħa tal-isponsors, inkella permezz tal-kuntatti mal-gvern, bħala parti mill-ftehim ma’ Calleja.

Fost dawn kien hemm ministri u l-familji tagħhom kif ukoll nies oħra viċin l-amministrazzjoni Laburista, speċjalment dawk li jaħdmu fis-segretarjati privati tal-ministeri.

Fil-bidu,  għan-nom ta’ Calleja, il-ftehim tal-2013 kienu ffirmawh NNG promotions, li jorganizzawlu l-kunċerti. Imma dis-sena, il-kunċert organizzatu l-Mint Media, li twaqqfet fl-2016: l-uniku shareholder tagħha huwa Anton Attard, l-ex kap tal-PBS.

Mhux ċar x’arranġament hemm biex il-profitt mill-kunċert jinqasam mat-tenur. Minbarra l-isponsorship ġeneruż li jagħtih il-gvern kull sena, Calleja kien inħatar ukoll l-Ambaxxatur Kulturali ta’ Malta. Huwa wkoll is-segretarju tal-Fondazzjoni Joseph Calleja tal-BOV.

Sal-lum, Michelle Muscat, il-mara tal-ex prim ministru diżonorat Joseph Muscat, hija waħda mill-amministraturi ta’ din il-Fondazzjoni. Flimkien magħha hemm Helga Ellul, membru tal-bord tal-Allied Newspapers, Alfred Pisani, iċ-Chairman tal-Corinthia Group, Roderick Chalmers, ex Chairman tal-BOV u Alec Lapira.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Paul Bonello
Paul Bonello
2 years ago

L aqwa li Joseph Calleja ezonera ‘l Gvern billi ighid li kull fejn mar sab l-istess korruzzjoni bhal Malta. Il bicca l kbira tal Platinun seats imxtraw mill Bov u agenziji ohra tal Gvern. Ma tqassmux eżatt fost il protelarjat, anzi inghataw lil champagne socialists li tghidx kemm kielu u xarbu mir reception tal BOV daqs li kieku l BOV kienu qed jiccelebraw xi profitt ta’ xi mitt miljun fis sena, flok market value tal ishma ilu nieżel mill 2011 u issa fil livell ta’ 20% tal High tieghu. Chalmers, trustee fil Bov Foundation, sadattant joqghod kwiet inkella jfakkruh li Dieulemar Trust fjask iehor tieghu kien u jekk ma jikkoperax ma jibqghux jghattulu.

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo