Ninnammraw mal-Qatar: lil dawk li allegatament jiffinanzjaw lit-terroristi, il-President jistidinhom jinvestu f’Malta

Din hija l-ewwel parti f’serje li tinvestiga r-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Qatar

 

This article is available in English

Meta f’Ġunju li għadda l-President George Vella żar il-Qatar, ħa b’idejn żewġ aħwa Sirjani, akkużati li ffinanzjaw it-terroriżmu, billi lil grupp affiljat ma’ Al-Qaeda, ittrasferewlu l-flus. Din il-laqgħa saret bl-iskop li jinkoraġġihom jinvestu f’Malta.

Fit-Twitter account tal-President jidhru diversi laqgħat li kellu f’dan l-Istat tal-Golf sitt xhur ilu. Waħda minn dawn il-laqgħat kienet mal-UCC Holding, u “fiha saru diskussjonijiet dwar diversi oqsma li fihom topera u l-possibbiltà li tinvesti Malta”.

Il-President ta’ Malta ħa b’idejn żewġt aħwa biljunarji, Moutaz u Ramez Al-Khayyat: xahrejn qabel, f’qorti Ingliża, akkużawhom li l-kontijiet tagħhom fid-Doha Bank kienu użawhom biex jiffinanzjaw il-grupp Al Nusra Front, affiljat ma’ Al-Qaeda, kif ukoll il-militanti tagħha fis-Sirja.

Din iż-żjara hija mill-inqas waħda minn tmienja, li għamlu uffiċjali għolja Maltin il-Qatar f’dawn l-aħħar tnax-il xahar biss. U dan waqt li l-pajjiż kien qed jiffaċċja akkużi ta’ korruzzjoni u vjolazzjonijiet kbar tad-drittijiet tal-bniedem in konnessjoni mal-isforz li kien qed jagħmel biex il-World Cup issir fih. Ma’ dawn, kien hemm ukoll akkuża oħra li l-Parlament Ewropew infiltrawh bit-tixħim biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet u joħolqu xbiha pożittiva.

Fil-frattemp, il-gvern Malti għamel sforz liema bħalu biex jibni relazzjoni mal-Qatar, preċiż kif kien għamel mal-Azerbaijan: kien għamel ftehim korrott għall-provvista tal-enerġija u ta’ power station, u b’riżultat ta’ dan, kienu assassinaw lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Għal darb’oħra, fil-każ tal-Qatar, daħal is-settur tal-enerġija, hekk kif f’Mejju li għadda, il-Ministru għall-Enerġija, Miriam Dalli ltaqgħet f’Doha mal-Ministru bil-kariga korrispondenti tagħha.

Il-President George Vella, dal-pajjiż żaru xahar wara biss, flimkien mal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, u ltaqa’ mal-aħwa Al-Khayyat biex iħajjarhom jinvestu f’Malta, skont kif ħabbar il-President stess fit-Twitter account tiegħu.

Wara ż-żjara tal-President li saret f’Ġunju, f’Diċembru żar il-pajjiż ukoll il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg, biex spiċċa jippromwovih hekk kif fl-Ewropa kien għaddej l-iskandlu Qatargate.

Il-lenti fuq il-Qatar

Waqt li l-Partit Laburista fil-gvern kien qed jipprova jħammeġ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, biex l-iskandlu tal-Qatargate jirrelatah mat-tmexxija tagħha tal-PE, il-ministri tal-gvern Malti kienu qed jinnamraw mal-fondi mill-Qatar.

F’din l-ewwel ħarsa li qed tagħti The Shift biex tiskopri dan kif qed jagħmluh, jidher li marru gas down mingħajr ma taw l-iċken kas tal-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li kien qed jiffaċċja dan il-pajjiż, u l-fama li għandu li t-terroriżmu jiffinanzjah, kif ukoll kif id-drittijiet umani jabbuża minnhom.

Bejn Jannar tal-2021 u Diċembru 2022, ministri u uffiċjali għolja Maltin, il-Qatar żaruh mill-inqas tmin darbiet, u l-Ministru tal-Finanzi, lil dan il-pajjiż tal-Golf żaru tliet darbiet, darbtejn minnhom f’Ġunju biss.

F’sena waħda, Ian Borg mar darbtejn il-Qatar, darba bħala l-Ministru tat-Trasport u darb’oħra bħala l-Ministru tal-Affarijiet Barranin.

Barra mill-President ta’ Malta, il-Qatar żaruh il-Ministri Miriam Dalli u Clifton Grima, kif ukoll l-ex Segretarju Prinċipali Permanenti Mario Cutajar, bħala chairman ta’ Heritage Malta.

Din l-attività kollha, qabilha kienu saru diversi żjajjar oħra u negozjati dwar l-enerġija u l-avjazzjoni bejn il-Qatar u l-ex ministru diżonorat Konrad Mizzi.

L-aħwa Al-Khayyat u l-President ta’ Malta

Xahrejn qabel ma l-President George Vella kien inkarigat jiltaqa’ ma’ Moutaz u Ramez Al-Khayyat, lil dawn iż-żewġt aħwa biljunarji kienu qed jakkużawhom fil-Qorti l-Għolja f’Londra, tmin Sirjani: dawn qalu li minħabba l-attivitajiet ta’ Al-Nusra, tilfu djarhom kif ukoll in-negozju tagħhom, u allegatament ukoll, sofrew ħsara fiżika u mentali.

Huma jgħidu li dawn l-attivitajiet kienu qed jiffinanzjawhom l-aħwa Al-Khayyat. Il-UCC Holding hija propjetà tagħhom u l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana u l-President George Vella kienu qed jippruvaw iħajruhom jinvestu f’Malta.

Min qed jakkużahom jgħid li dawn il-fondi ntbagħtu permezz ta’ banek fit-Turkija u fil-Lebanon: ħarġu l-flus minnhom u qasmu l-fruntiera Sirjana biex iwassluhom għand il-militanti.

Id-Doha Bank tal-Qatar qal li dawn l-akkużi huma “bla bażi u mingħajr mertu”, imma l-Qorti l-Għolja tar-Renju Unit irrifjutat is-sejħa tal-bank biex it-talba għad-danni jeliminaha. Il-każ għadu għaddej.

L-aħwa Al-Khayyat għandhom ukoll  il-Power International Holding, wieħed mill-ikbar gruppi ta’ kumpanniji tal-Qatar, inkluż fil-lista ta’ Forbes, it-Top 100 Arab Family Businesses. Il-kumpannija taħdem fil-bini, fil-propjetà u fit-trobbija tal-bhejjem għall-ħalib.

Dawn l-aħwa huma Sirjani u m’humiex parti mit-tribujiet li jmexxu lill-Qatar. In-negozju tagħhom fit-trobbija tal-bhejjem kien kruċjali biex aċċettahom il-Qatar, għax lil dan il-pajjiż għenuh meta bejn l-2017 u l-2021, is-Saudi Għarabja mexxa koalizzjoni li bbojkottjat lill-Qatar talli allegatament it-terroriżmu ssapportjah u lill-finanzjaturi tiegħu offrielhom il-kenn.

X’ipprova jagħmel Clyde Caruana

Il-gvern għadu ma qalx x’tip ta’ investiment għandu l-ħsieb jattira mill-Qatar. Il-laqgħat li saru f’din is-serje ta’ żjajjar kellhom x’jaqsmu mal-kostruzzjoni, mal-enerġija u mal-wirt storiku.

Meta f’Mejju li għadda, il-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli żaret Doha, iltaqgħet mal-Ministru tal-Istat għall-Enerġija, l-Eċċ Tiegħu Saad Sherida Al-Kaabi.

L-aħħar darba li l-gvern tal-Labour ddedika daqshekk attenzjoni lil pajjiż wieħed, Malta għamlet ftehim dwar l-enerġija mal-kumpannija tal-istat SOCAR tal-Azerbaijan, ftehim li għadu mċappas s’issa b’akkużi ta’ korruzzjoni.

Fl-istess xahar li fih żaret il-Qatar, f’dibattitu tal-Kamra tal-Kummerċ, Dalli qalet li sa l-2030, Malta għandha tiġġenera minimu ta’ 50 megawatt f’enerġija mill-windfarms offshore, jew 65 MW mill-pannelli offshore. B’dan kollu, din il-produzzjoni limitata tista’ tidher insinifikanti biex tiġġustifika investiment mill-Qatar.

Il-gvern identifika qasam ta’ 900 kilometru kwadru ta’ baħar baxx madwar Hurd’s Bank, kif ukoll faxxa ta’ 6,500 kilometru kwadru madwar il-gżejjer biex fihom jippermetti l-konċessjonijiet “għall-kumpanniji magħrufa internazzjonalment” għall-produzzjoni tal-enerġija renovabbli, għall-produzzjoni u l-ħażna tal-idroġenu, għall-fish farms u għall-ħolqien ta’ “gżejjer artifiċjali”.

Il-gvern ikkommetta ruħu wkoll li l-permessi għall-proġetti bħal dawn jgħaġġilhom: mhux iżjed minn tliet xhur minn meta tiġi ppreżentata d-dokumentazzjoni neċessarja.

Għal dawn l-investituri mill-Qatar, il-fatt li l-gżejjer tagħna huma daqshekk viċin il-Libja, huwa punt pożittiv. Fil-fatt, il-UCC Holding jingħad li diġà uriet ruħha interessata li tibni l-impjanti tal-enerġija fil-Libja.

Il-Qatar jinsab ukoll fil-qalba tal-pjan tiegħu li l-pożizzjoni tiegħu bħala l-aqwa esportatur tal-gass naturali likwefatt (l-LNG) fid-dinja, jikkonsolidaha u hekk jissodisfa l-ħtieġa dejjem tikber li għandha l-Ewropa għall-fuel.

Saħansitra l-ex Kap taċ-Ċivil, Mario Cutajar, ingħaqad mad-delegazzjoni tal-President f’Ġunju. Cutajar u s-CEO ta’ Heritage Malta, Noel Zammit, iltaqgħu mal-General Manager ta’ Katara, l-Eċċ Tiegħu, il-Prof Khalid bin Ibrahim Al-Sulaiti biex “ir-rabtiet kulturali jiżviluppawhom”.

Imbagħad f’Diċembru tfaċċa l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg u effettivament approva l-organizzazzjoni tal-World Cup mill-Qatar, f’nofs l-iskandlu li kien għaddej tal-korruzzjoni. Iltaqa’ wkoll ma’ Sheikh Faisal, ix-shareholder maġġoritarju ta’ Banif Bank, kif ukoll is-CEO ta’ Qatar Airways, Al Baker.

F’Settembru, fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Borg iltaqa’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Mohammed Bin Abdulrahman Al-Thani, u iddiskutew “l-opportunitajiet differenti li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi”.

Meta f’Ġunju li għadda, il-President George Vella kien il-Qatar, żar l-istadium Al-Bayt: f’dan l-istadium intlagħbet il-logħba tal-ftuħ tal-World Cup. Il-Qatar ikkritikawh bil-kbir minħabba l-eluf ta’ ħaddiema li tilfu ħajjithom huma u jibnu l-istadiums tal-World Cup.

Id-difiża stramba li Malta għamlet ta’ Qatargate

Meta fil-Parlament Ewropew faqqa’ l-iskandlu tal-Qatargate World Cup, il-gvern Malti, u speċifikament il-Prim Ministru Robert Abela, malajr iddefenda lill-Qatar.

Fl-istess ġimgħa li s-Soċjalista Griega Eva Kaili, Viċi President tal-Parlament Ewropew, tneħħiet mill-MEPs sħabha, mill-kariga tagħha bis-saħħa ta’ vot straordinarju ta’ 625 kontra wieħed, issospendew ukoll ix-xogħol kollu li kien sar fuq il-files leġiżlattivi li għandhom x’jaqsmu mal-Qatar, speċjalment dawk li kellhom x’jaqsmu mal-liberalizzazzjoni tal-visa, il-ftehim dwar l-avjazzjoni EU-Qatar kif ukoll iż-żjajjar kollha li kienu ppjanati.

Imma Abela, lit-tmexxija tal-EU – fi kliem ieħor il-President Malti tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola – akkużaha li aġixxiet “malajr wisq”.

Meta mis-Summit EU – ASEAN, Abela tkellem max-xandar statali, it-TVM, huwa insista li r-rabtiet bejn il-Qatar u l-Ewropa – b’mod speċjali dawk li għandhom x’jaqsmu mal-provvista tal-enerġija – ma kellhomx jiċċappsu b’dawn l-allegazzjonijiet.

F’dan l-iskandlu li għadu għaddej, kien hemm politikanti, staff politiku, lobbyists u nies fiċ-ċivil flimkien mal-familji tagħhom, kollha akkużati bil-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata – akkużi li għandhom x’jaqsmu max-xiri tal-influwenza min-naħa tal-Qatar fil-Parlament Ewropew.

Dan l-iskandlu, Metsola ddeskrivietu bħala attakk fuq id-demokrazija Ewropea u l-valuri pluralistiċi tal-Parlament Ewropew. Qalet li kienet irrifjutat mhux biss stedina biex tattendi l-World Cup imma wkoll talba mill-Qatar biex jindirizza l-Parlament Ewropew, u dan minħabba “t-tħassib” li kellha dwar dan il-pajjiż.

Wara l-istqarrija li Abela għamel dwar il-Qatar, il-kandidat politiku indipendenti Arnold Cassola saqsa jekk Malta kinitx se tinbiegħ bil-flus tal-Qatar.

Cassola saħaq li anki l-President George Vella, meta kien qed jindirizza riċeviment li sar fit-12 ta’ Diċembru fl-okkażżjoni tal-jum nazzjonali tal-Qatar, lil dan il-pajjiż kien irreklamah bħala “sieħeb stabbli u san li wieħed jista’ jaħdem miegħu”.

Cassola rrimarka kif f’okkażjonijiet uffiċjali bħal dawn, id-diskors tal-President jinkiteb mill-gvern tal-ġurnata.

“Għaliex, minkejja l-kundanna dinjija ta’ Qatargate, Robert Abela qed iġib ruħu daqslikieku kollox huwa normali, minkejja dan l-iskandlu?” saqsa. “Għalli jista’ jkun, fit-tradizzjoni ta’ Joseph Muscat, ma nagħmlux mod li l-valuri demokratiċi ta’ Malta bigħthom għall-baksheesh tal-Qatar, hux?”

Rappurtaġġ addizzjonali minn David Lindsay

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Robert Abela kompromess u ma jistax jieħu passi fuq l-iskandlu tal-mara tal-ministru
Read in English. Is-sejbiet ta’ kundanna li ħarġu mill-investigazzjoni
ESKLUSSIVA Villa Rosa: il-gvern biegħ mogħdija ta’ €3 miljun lil Tal-Franciz għal €134,000
Read in English. The Shift jista’ jiżvela b’mod esklussiv

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo