L-iskandlu tal-liċenzji tas-sewqan: it-telefonati jwasslu sal-ministeru ta’ Borg

This article is available in English

Il-Ministru Ian Borg qed jinsisti li hu ma kellu x’jaqsam xejn mal-iskandlu tal-liċenzji tas-sewqan, imma numru tal-mobile li ntuża biex il-messaġġi jgħadduhom lil Clint Mansueto, uffiċjal akkużat ta’ Transport Malta, the Shift skopriet li jasal dritt fil-qalba tat-team ta’ Borg.

Il-proċeduri fil-qorti, The Shift segwiethom u nnutat in-numru li ssemma fix-xhieda ta’ min jipprovdi s-servizz tal-mobile. Skopriet li għal dan in-numru kienet twieġeb Glorianne Micallef Portelli, il-kap tal-uffiċċju tal-Customer Care tal-Ministru Ian Borg.

Meta kkuntattjajniha, ammettiet li n-numru huwa tagħha. The Shift saqsietha għaliex dan in-numru kienet qed tużah biex tibgħat il-messaġġi lil Mansueto biex tgħidlu min kellu jgħaddi mill-eżami tas-sewqan. Din il-kamra tal-aħbarijiet lil Mansueto saqsietha wkoll x’informazzjoni kienet tagħtih u għan-nom ta’ min.

Micallef Portelli nfixlet u l-mistoqsijiet talbitna nibgħatuhom bl-email – imbagħad qatgħet il-linja u l-mobile tfietu.

Ian Borg issa huwa l-ministru tal-affarijiet barranin u insista li mhux hu l-ministru li ssemma fil-proċeduri tal-qorti. F’dawn il-proċeduri, lil tliet uffiċjali ta’ Transport Malta qed  jakkużawhom bil-korruzzjoni fl-eżami tas-sewqan. Dak iż-żmien, il-ministru tat-trasport kien Borg.

Fil-qorti, rappreżentant ta’ Epic Communications ikkonferma li l-messaġġi inkriminatorji li nstabu fil-mobile ta’ Mansueto ġew minn mobile rreġistrat f’isem Maria Assunta Camilleri, u minn mobile ieħor irreġistrat f’isem il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Lil Camilleri diġà tellgħuh il-qorti u ammetta li xaħħam lil Mansueto. Imma isem sid il-mobile l-ieħor tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin  s’issa ma kienx għadu magħruf.

Lil Borg, The Shift ikkuntattjatu u saqsietu biex jispjegalha kif n-numru li ssemma fil-qorti wasal dritt għand il-kap tat-team tiegħu tal-‘customer care’, imma hu ma riedx iwieġeb u semma l-proċeduri tal-qorti.

Kelliem qalilna biss “Infurmawna li m’hemm l-ebda raġuni l-għala sid in-numru tal-mobile tal-ministeru għandu jiġi investigat in konnesjoni ma’ dan il-każ.”

Il-ministeru ma tana ebda tagħrif dwar kif sar jaf b’din l-investigazzjoni li għadha għaddejha.

Meta lill-ministeru saqsejnihom jispjegaw x’relazzjoni kien hemm ma’ Glorianne Micallef Portelli, qalu bis li din kienet “relazzjoni professjonali ta’ xogħol”.

The Shift għandha informazzjoni li r-relazzjoni bejn il-Ministru Borg u Micallef Portelli tmur lura ħafna fiż-żmien, meta hu kien sindku ta’ Ħad Dingli.

Huwa magħruf ukoll li Micallef Portelli hija viċin ħafna ta’ Jesmond Zammit, il-canvasser prinċipali u konsulent ta’ Ian Borg.

The Shift diġà rrappurtat din il-biċċa intrigu ta’ Transport Malta: l-ismijiet ta’ dawk viċin il-partit fil-gvern, kienu jgħadduhomlhom biex ma jkunux severi magħhom fl-eżami tas-sewqan, u din il-biċċa kollha paspruha fl-uffiċini tal-ministeru ta’ Ian Borg u ta’ Transport Malta.

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jgħadduhom Zammit, jew xi rappreżentant tiegħu, lill-uffiċjali ta’ Transport Malta. Fosthom kien hemm Rachel Debono li dak iż-żmien kienet PA taċ-chairman u issa hija s-segretarja tal-Prim Ministru; kif ukoll Kevin Farrugia, Deputat CEO u canvasser ta’ Ian Borg. Imbagħad dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jgħadduhom lil Mansueto biex jimplimentahom.

Fil-qorti, il-pulizija semmew ukoll lil Donald Gouder minħabba l-involviment tiegħu wkoll f’dan l-iskandlu: huwa uffiċjal anzjan ieħor ta’ Transport Malta u canvasser ta’ Ian Borg, imma s’issa għadu ma tressaqx il-qorti.

Sadattant, il-Prim Ministru Robert Abela għadu qed jinsisti li f’dan il-każ ta’ korruzzjoni m’hemm involut l-ebda wieħed mill-ministri tiegħu.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

2 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
J.S
J.S
1 year ago

Nothing new at this point!

AC.s
AC.s
1 year ago

Tip of the iceberg!

Related Stories

Is-Serqa tal-Isptarijiet: wasal il-mument
Read in English. L-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat
F’seba’ snin, l-ERA approvat il-qlugħ ta’ 3,400 siġra protetta
Read in English. Matul l-aħħar seba’ snin, l-Awtorità tal-Ambjent

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo