Lill-konsulent il-ġdida tiegħu Fearne jagħtiha pakkett finanzjarju ta’ €65,000

This article is available in English

Minn tagħrif li ngħata bis-saħħa ta’ talba Freedom of Information, sirna nafu li lill-konsulent personali tiegħu, avukata ta’ 28 sena, id-deputat Prim Ministru Chris Fearne taha pakkett finanzjarju ta’ 65,000 Ewro, minkejja n-nuqqas ta’ esperjenza tagħha fl-amministrazzjoni tal-gvern.

Fearne kien issemma fl-aħbarijiet wara li lill-campaign manager u ħabiba tal-qalb Carmen Ciantar, kien taha kuntratt “irregolari” ta’ 163,000 Ewro fis-sena bħala CEO tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Issa rrikorra għal Paula Cauchi li kienet reporter mat-TV Laburista, u qabbadha bħala l-konsulent prinċipali tiegħu biex teħodlu ħsieb l-istrateġija politika.

Cauchi għadha kemm ġiet lura minn ġimgħa f’New York, fejn lill-ministru kienet qed tgħinu fil-laqgħat tal-UN u spiċċat qed titħallas iżjed mill-ministru nnifsu.

Għalkemm Cauchi ggradwat mill-Università ta’ Malta ftit tas-snin ilu, diġà qed titħallas salarju bażiku normalment assoċjat ma’ ambaxxatur. Barra minn hekk, qed tirċievi wkoll għadd ta’ allowances oħra biex b’hekk is-salarju tagħha issa jleħħaq kważi 5,500 Ewro fix-xahar.

Mit-tagħrif li ngħata bis-saħħa ta’ talba Freedom of Information, jidher li minn mindu Cauchi assoċjat ruħha mal-Ministru Fearne, imxiet ‘il quddiem kull sena fil-ħlasijiet li tirċievi mill-fondi pubbliċi.

Wara li ħadmet għal ftit bħala l-kelliema ta’ Helena Dalli, li mbagħad saret Kummissarju Ewropew, Cauchi, li tiġi bint l-ex deputat Laburista Gino Cauchi, ingħaqdet mat-team ta’ Fearne.

Fl-2018 l-ex reporter tal-ONE saret Contractual Manager fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, b’kuntratt part-time li ffirmatu Carmen Ciantar. Cauchi issa leħqet flok Ciantar.

Għall-ewwel Cauch kienet taħdem biss 25 siegħa fil-ġimgħa għal ħlas ta’ kważi 32,000 Ewro.

Imma fl-2019 u fl-2020 tejbulha s-salarju b’mod sinifikattiv, u sal-aħħar tal-2019 kienet qed taqla’ kważi 40,000 Ewro.

Lil Cauchi afdawha b’rwol importanti flimkien ma’ Carmen Ciantar, li dak iż-żmien kienet il-persuna prinċipali tal-fiduċja ta’ Fearne. Fearne kien ipprova jsir il-mexxej tal-Partit Laburista wara li kellu jirriżenja l-ex prim ministru diżonorat Joseph Muscat.

Imma l-par Ciantar-Cauchi xorta ma rnexxielhomx jaslu għar-riżultat mixtieq għax Abela, li dak iż-żmien kien jitqies l-underdog, spiċċa biex lil Fearne qalibhielu.

Sorsi fi ħdan il-gvern, lil The Shift qalulha li ftit wara li tilef dik l-elezzjoni, Fearne kien talab li Cauchi tibda taħdem l-uffiċċju tiegħu fil-ministeru bħala l-konsulent prinċipali tiegħu.

Bis-saħħa tal-kuntratt il-ġdid tagħha, lil Cauchi tawha salarju tal-gvern Scale 3; barra minn hekk, tawha wkoll 16,000 Ewro oħra fis-sena bħala ‘expertise allowance’.

Bil-bonuses kollha li għandha, inklużi allowances għall-komunikazzjoni, it-trasport u ħwejjeġ oħra, Cauchi qed titħallas kważi 65,000 Ewro.

Sadanittant għadu mhux ċar jekk Fearne, il-kuntratt ta’ 163,000 Ewro li kien ta lil Ciantar fl-FMS, reġax innegozjah kif kien wiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali f’Marzu li għadda.

Il-kuntratt pubbliku ta’ Ciantar li kienet żvelat The Shift, kemm il-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll Fearne, kienu ammettew li kellhom jirreveduh meta jiskadi.

Bħala person of trust, il-kuntratt ta’ Ciantar suppost li skada fl-aħħar elezzjoni ġenerali, u skont il-protokol, kellu jitfassal kuntratt mill-ġdid.

Sorsi fl-FMS, lil The Shift qalulha li s’issa, Fearne qed jirrifjuta li jimxi skont id-direttiva li tah il-prim ministru.

Il-mistoqsijiet li bgħatna lill-OPM dwar dan is-suġġett, s’issa baqgħu bla tweġiba.

The Shift żvelat ukoll li Fearne, lil Celine, li għandha 26 sena u tġi t-tifla ta’ Carmen Ciantar, poġġiha f’bord tal-gvern fil-ministeru tiegħu.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
J.s
J.s
1 year ago

Tax payers money down the drain!

Related Stories

Is-Serqa tal-Isptarijiet: wasal il-mument
Read in English. L-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat
F’seba’ snin, l-ERA approvat il-qlugħ ta’ 3,400 siġra protetta
Read in English. Matul l-aħħar seba’ snin, l-Awtorità tal-Ambjent

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo