It-tisbiħ tal-pjazza ta’ Buġibba: minn €1.7 miljun għal €10.6 miljun

L-eks deputat mexxej Laburista hu l-perit tal-proġett

 

Read in English.

In-nefqa għall-proġett tar-riġenerazzjoni tal-pjazza ewlenija ta’ Buġibba, proġett li ilu jiġi mwiegħed snin sħaħ – kibret minn €1.7 miljun għal €10.6 miljun.

Il-proġett, imħabbar fl-2021 u li qed tmexxih Infrastructure Malta, kien ingħata lill-ogħla offerent, bi kważi d-doppju tal-orħos offerta. Is-soltu, il-proċeduri tal-akkwist pubbliku jiddettaw li x-xogħol jingħata lill-orħos offerta li tkun tissodisfa l-kriterji tas-sejħa.

Il-periti magħżula għad-disinn u t-tmexxija tal-proġett huma XYZ Architecture, immexxija mill-eks deputat mexxej Laburista Daniel Micallef.

Hu rreżenja minn dik il-kariga s-sajf li għadda wara r-riżultat mhux sodisfaċenti li kiseb il-Labour fl-elezzjonijiet, u insista lil ried jiffoka fuq il-professjoni tiegħu.

Inqabeż il-baġit meta għadu lanqas biss beda x-xogħol

Fl-2021, l-eks Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo kien ħabbar il-pjanijiet għat-tisbiħ tal-Pjazza ta’ Buġibba, li hi spazju relattivament żgħir iżda jżuruha bosta turisti u Maltin kuljum.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kienet applikat għall-permess fl-2017 – erba’ snin qabel.

Bartolo kien ħabbar dak iż-żmien, waqt konferenza tal-aħbarijiet, li l-proġett kien se jiswa xi €1.7 miljun u kellu jitlesta fl-2022. Iżda dan ix-xogħol ma sarx.

Il-ġimgħa l-oħra, il-Ministru tat-Trasport Chris Bonett reġa’ organizza konferenza tal-aħbarijiet oħra fl-istess post bħall-eks kollega tiegħu fil-kabinett. Din id-darba, bil-makkinarju warajh, Bonnet ħabbar li għadu kif beda l-proġett tat-tisbiħ tal-pjazza, bid-differenza li issa kien se jiġi jiswa €10 miljun.

Il-ministru, li fil-passat kien ġie assoċjat ma’ direct orders irregolari b’rabta mal-proġett tal-ispazju għat-tiraturi, ma spjegax kif l-ispejjeż tal-proġett kienu telgħu daqshekk.

Qal li l-proġett kien se jinkludi xogħlijiet addizzjonali fit-toroq li jwasslu għall-pjazza u fil-pjazza.

Dubji dwar il-proċess tal-għoti

Is-sejħa għall-offerti b’rabta max-xogħlijiet li għaddejjin u li mistennija jitlestew sas-sajf 2026, kienet ħarġitha Infrastructure Malta.

Il-valur tas-sejħa kien stmat li mhux se jaqbeż is-€7 miljun u ħadu sehem fih ħames offerenti. L-offerti kienu jvarjaw minn €5.8 miljun (Road Shredder JV) sa €10.2 miljun (RM Construction Ltd.)

Bil-kontra tas-soltu, l-offerta ngħatat lill-ogħla offerent.

Is-soltu, sejħiet għall-offerti bħal dawn jingħataw lill-orħos offerent, imma f’dan il-każ ġara l-oppost. Il-kuntratt ingħata lill-ogħla offerent, RM Construction, li l-offerta tiegħu kienet taqbeż l-ispiża stmata fil-bidu (€7 miljun). Is-soltu, meta jiġri hekk, is-sejħa titħassar u terġa’ toħroġ mill-bidu.

L-offerent magħżul ingħata l-kuntratt għal €10.6 miljun, jiġifieri €400,000 aktar mill-offerta li kien għamel.

Sal-lum għadha ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest


0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

NGOs secure major concessions in Gozo road project
A five-year campaign by environmental organisations has compelled the
Is-CEO Steve Ellul jaħtar lil oħt il-mentor tiegħu ma’ Infrastructure Malta
Read in English. The Shift jista’ jiżvela li wieħed

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo