Il-kripta tal-Konkatidral: evidenza konvinċenti li tixħet dubji fuq id-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Ippjanar

Read in English.

The Shift qed jiżvela r-rapport tekniku intern li wettqu l-meniġers tal-proġett dwar ix-xogħol ittardjat ta’ restawr li għaddej bħalissa fil-Kripta Bartolott tal-1604 fil-Konkatidrall ta’ San Ġwann, wara l-ħsarat li ġraw is-sena l-oħra.

Ir-rapport li The Shift qed jippubblikah kollu kemm hu, jikkonferma l-ħsarat gravi li ġraw liċ-ċangaturi antiki ħafna tal-kripta wara li ġiet installata struttura tqila li televa l-art.

Dan ir-rapport jixħet dubji fuq l-hekk imsejħa “investigazzjoni” li wettaq il-perit Alan Saliba, il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman.

Il-Kummissarju ħareġ rapport li jiddikjara li ma seħħet l-ebda ħsara. Madanakollu, dan ir-rapport li qed jippubblika llum The Shift, u li għall-ewwel lanqas biss kien ingħata lill-membri tal-bord tal-Fondazzjoni, jikkonferma li l-istruttura tqila wasslet biex partijiet mill-art taċ-ċangatura li jiffurmaw is-saqaf tal-oqbra ta’ madwar 600 Kavallier ta’ San Ġwann, effettivament ċedew ‘l isfel.

Konkluż f’April 2024, jiġifieri fi ftit ġimgħat wara li bdew ħerġin il-ħsarat, ir-rapport jitlob għal azzjoni immedjata biex jissewwew dawn il-ħsarat fiċ-ċangatura antika. Skont ir-rapport tal-periti stess, wara li ġiet installata l-istruttura li televa l-art, “ġie nnutat li bosta ċangatura ċediet ‘l isfel f’postijiet lokalizzati meta ħasset fuqha t-tagħbija normali mistennija.”

Silta mir-rapport li titlob li tittieħed azzjoni biex jissessew il-ħsarat.

Ir-rapport tal-ħsarat li wettqu l-AP Projects, jiġifieri l-istess periti li ddisinjaw l-istruttura tqila li wasslet għall-ħsarat, jipproponi għadd ta’ interventi biex isiru t-tiswijiet.

Esperti li tkellem magħhom The Shift qalulna li qabel l-installazzjoni, is-sena l-oħra, il-periti kienu diġà mwiddba li l-istruttura mhijiex iddisinjata sew u li hi tqila wisq għaċ-ċangatura antika.

Ir-rapport jinkludi ritratti tal-art li saritilha l-ħsara.

Ritratti fir-rapport tal-periti li juru l-ħsarat li ġraw.

Il-Kummissarju ma jara xejn

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman ippubblika “investigazzjoni” ta’ erba’ paġni li fiha jiddikjara li dak li ppubblikaw il-ġurnalisti ta’ The Shift f’Jannar li għadda ma kienx korrett għax hu ma sab l-ebda ħsara meta żar il-kripta bosta xhur wara l-inċident.

Meta kien qed iwieġeb is-sejħa għal investigazzjoni mill-ADPD wara r-rappurtaġġ ta’ The Shift, Saliba kkonkluda li “l-ilment li qed jallega ħsarat fil-Kripta Bartolott, u l-kontributi dwar dan mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali, nstab li mhux sostnut.”

Parti mill-ħsara li ġrat waqt il-proġett u li nżammet moħbija mill-iskrutinju pubbliku.

Meta The Shift staqsa lill-kummissarju lil min kien ikkonsulta, biex jispjega kif kien wasal għal dik il-konklużjoni, u jekk il-Fondazzjoni kinitx għaddietlu kopja tar-rapprt mhux ippubblikat ta’ AP, Saliba “irrifjuta t-talba”.

Il-periti u l-esperti tal-patrimonju li jafu sew il-ħsarat li ġraw fil-kripta, kienu xxokkjati bil-konklużjonijiet ta’ Saliba.

“Aħna nixtiequ nkunu nafu lil min ikkonsulta Saliba, liema esperti indipendenti ħatar, u kif wasal għall-konklużjonijiet mhux sostnuti tiegħu minkejja ritratti li qed juru ċar u tond il-ħsarat li ġraw,” qalulna.

Fir-rapport konċiż tiegħu, Saliba qal li hu għamel spezzjoni fuq il-post, “bil-preżenza tas-Sovrintendenz tal-Wirt Kulturali, tal-Fondazzjoni tal-Konkatidrall ta’ San Ġwann, periti tal-proġett u meniġers tal-proġett.”

The Shift irrapporta wkoll li l-Fondazzjoni ppruvat tostor l-inċident mill-għajnejn pubbliċi.

Skandlu fuq skandlu u fondi mitlufa

Fil-frattemp, il-Fondazzjoni mmexxija minn Mons. Emmanuel Agius — professur tal-etika u l-moralità magħżul mill-Arċisqof Charles Scicluna — għadha ma spjegatx għalfejn din il-kwistjoni tħalliet moħbija mill-iskrutinju tan-nies.

Il-President tal-Fondazzjoni Emmanuel Agius qed jgħallem il-moralità u l-etika fl-Università ta’ Malta.

Agius baqa’ sieket ukoll meta The Shift staqsa fuq id-dewmien kontinwu tal-proġett ta’ restawr fil-Kripta Bartolott u fuq it-telf ta’ eluf ta’ fondi tal-UE minħabba t-tmexxija ħażina tal-proġett.

The Shift kien irrapporta li skont il-pjanijiet, il-Kripta, li qed tinbidel fi spazju biex tiġi esebita l-Kollezzjoni tal-Fidda tal-Konkatidrall, kellha tinfetaħ fl-2022. Għal dan il-proġett, fl-2017 kienu twarrbu madwar €3.5 miljun minn fondi tal-UE permezz tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Iżda minħabba tmexxija ħażina u dewmien, inkluż dawn il-ħsarat riċenti, il-Fondazzjoni mistennija titlef qrib il-€1 miljun mill-fondi tal-UE.

Fuq struzzjonijiet diretti ta’ Mons Agius, dan l-aħħar il-Fondazzjoni “investiet” ukoll xi €70,000 fuq presepju li bosta esperti esprimew dubji fuq il-valur tiegħu.

Sadattant, jidher li anki l-Arċisqof Charles Scicluna, li kkonferma li hu sar jaf bil-ħsarat fil-Kripta permezz ta’ The Shift, nieda investigazzjoni, inkluż fuq id-dewmien enormi fil-proġett tal-estensjoni tal-mużew. Sal-lum, iżda, għadha ma ġiet ippubblikata l-ebda informazzjoni dwar din l-indaġni.

L-estensjoni tal-Mużew tal-Konkatidrall, wieħed mill-aktar postijiet miżjura fil-pajjiż, kellha titlesta sal-2018. Seba’ snin wara, iżda, ħadd ma jaf eżattament meta se titlesta din l-estensjoni u kemm se tiġi tiswa.

Fl-2023, is-CEO tal-Fondazzjoni Tonio Mallia qal li l-proġett se jiftaħ fl-2025 u se jkun sewa €13 miljun. The Shift hu infurmat li din l-istima ma taqbilx mill-ispiża proprja.

Aqra r-rapport dwar il-ħsarat fil-kripta.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest


0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

NGOs secure major concessions in Gozo road project
A five-year campaign by environmental organisations has compelled the
Is-CEO Steve Ellul jaħtar lil oħt il-mentor tiegħu ma’ Infrastructure Malta
Read in English. The Shift jista’ jiżvela li wieħed

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo