Ministru jonfoq €93,000 fuq servizzi tal-midja u sondaġġi fi ftit ġimgħat

Read in English.

The Shift hu infurmat li fuq medda ta’ ftit ġimgħat, il-Ministru tal-Artijiet Stefan Zrinzo Azzopardi ffirma erba’ direct orders separati biex jixtri “servizzi tal-midja” li swew lill-poplu €93,000.

Fost il-benefiċjarji tas-soltu ta’ dawn id-direct orders hemm Gareth Degiorgio, kanvażer u fotografu tal-Prim Ministru Robert Abela, Saviour Balzan, sid il-kumpanija Media Today, u Aryton Bonnici, il-meniġer tal-kampanja elettorali tal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana.

L-aġenzija tal-PR Red Orange ta’ Daniel Abela ngħatat kważi €67,000 għal bookings fuq il-mezzi tax-xandir, l-aktar għar-riklamar u l-kontenut sponsorjat, f’isem il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

L-erba’ kuntratti li ra The Shift iffirmahom Zrinzo Azzopardi fl-2023 meta kien responsabbli mix-Xogħlijiet Pubbliċi u mill-Awtorità tal-Ippjanar tant kontroversjali.

Minkejja l-kampanja tiegħu, Zrinzo Azzopardi eventwalment tneħħa minn dak id-dekasteru u minflok ingħata l-Artijiet u l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali.

L-erba kuntratti huma simili, ħlief għal dak li ngħata lil Saviour Balzan biex jipprovdi erba’ sondaġġi separati lill-ministru. Għal dan l-inkarigu, Balzan kellu jitħallas €2,500 għal kull sondaġġ mifruxin fuq medda ta’ 12-il xahar. Dawn is-sondaġġi kellhom jistħarrġu l-perċezzjoni tan-nies dwar l-Awtorità tal-Ippjanar u l-industrija tal-kostruzzjoni.

Hu għarfien komuni li Balzan, li l-gazzetta tiegħu tippubblika bosta sondaġġi regolari, ibigħ is-servizzi tas-sondaġġi tiegħu lil bosta ministeri u aġenziji tal-gvern. Il-kuntratt mogħti jobbliga lil Balzan ukoll biex jipprovdi “servizzi ta’ konsulenza” lill-ministeru ta’ Zrinzo Azzopardi.

Fl-istess waqt, Zrinzo Azzopardi qabbad lil żewġ persuni mill-midja li jaħdmu mill-qrib ma’ bosta ministri.

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-fotografu tiegħu Gareth Degiorgio.

Permezz tal-kumpanija tiegħu Antilia Ltd, l-eks impjegat ta’ ONE TV Aryton Bonnici ngħata €8,250 fuq medda ta’ disa’ xhur biex jipprovdi “servizzi ta’ konsulenza fil-midja” lill-ministeru, filwaqt li l-fotografu uffiċjali tal-prim ministru, Gareth Degiorgio, tħallas €8,400 biex jipprovdi servizzi ta’ fotografija lill-ministru għal sitt xhur.

Minn mindu Robert Abela sar prim ministru, Degiorgio u l-kumpanija tiegħu G Media saru benefiċjarji ta’ bosta kuntratti simili mingħand il-ministeri u l-aġenziji tal-gvern.

Zrinzo Azzopardi nefaq kważi €67,000 fir-riklamar waqt kampanja biex jippromwovi t-tnedija ta’ liċenzja għall-kuntratturi tal-bini.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo