Gazzetta ‘indipendenti’ ġdida mħallsa mill-Ministru għal Għawdex

Il-kontenut li jaċċetta Saviour Balzan fil-gazzetta jeħtieġ l-approvazzjoni tal-ministeru

 

Read in English.

Il-Gozo Today, gazzetta ‘indipendenti’ ġdida li tippubblika l-kamra tal-aħbarijiet ta’ Saviour Balzan li tippubblika wkoll il-Malta Today, qed tiġi ffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex.

Hekk joħroġ minn kuntratt li The Shift għadu kif kiseb kopja tiegħu permezz ta’ talba tal-libertà tal-informazzjoni.

Bi żvijar totali mill-etika ġurnalistika, b’mod partikolari fejn tidħol il-midja indipendenti, il-kuntratt li tfassal bejn Balzan u l-Ministeru għal Għawdex juri li l-kamra tal-aħbarijiet privata ta’ Balzan poġġiet lilha nnifisha soġġetta għall-awtorizzazzjoni u l-approvazzjoni tal-gvern qabel ma tippubblika kull edizzjoni ta’ din il-gazzetta.

Skont il-kuntratt iffirmat minn Saviour Balzan u s-segretarju permanenti fil-Ministeru għal Għawdex, “il-benefiċjarju (Balzan) għandu jipprovdi kampjun minn qabel tal-gazzetta għall-approvazzjoni tal-ministeru.”

Klawżola fil-kuntratt li tissoġġetta lil Balzan għall-approvazzjoni tal-ministeru qabel il-pubblikazzjoni.

Il-kuntratt jispeċifika li l-gvern se jħallas lil Balzan €7,800, apparti l-VAT, għal 12-il edizzjoni tal-Gozo Today, li tinkludi biss 12-il paġna mifruxin fuq tliet folji tal-karta tal-gazzetti.

Skont il-kuntratt, Balzan żamm id-dritt li jbigħ il-gazzetta għal ewro kull kopja fil-ħwienet tal-gazzetti, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u fuq il-fast-ferries, u li jagħti 250 kopja mingħajr ħlas fil-ġimgħa lill-ministeru għal Għawdex. Xi ħwienet tal-gazzetti qalu lil The Shift li din il-gazzetta mhijiex qed tinbiegħ.

Il-gvern obbliga wkoll lil Balzan li l-Ministeru għal Għawdex ikun parti mill-kontenut ta’ din il-gazzetta ‘indipendenti’ permezz ta’ logo u kummentarji kull ġimgħa.

Il-Gozo Today ta’ Balzan hi l-aħħar biċċa negozju li għamel bil-ħsieb li jkompli jikseb aktar flejjes mill-but tal-poplu.

Il-kuntratt jispeċifika li l-Gozo Today se tiġi ppubblikata biss tul it-tliet xhur tas-sajf, fl-eqqel tal-istaġun tas-sajf.

Fl-aħħar għaxar snin, Saviour Balzan irnexxielu jagħmel isem għalih innifsu talli jakkwista fondi pubbliċi bi ftehimiet mal-gvern għall-‘ġurnaliżmu’ tiegħu. Il-gazzetta ewlenija tiegħu, il-Malta Today, jirnexxilha tkampa l-aktar bis-saħħa tar-riklamar u l-kontenut sponsorjat tal-gvern.

Barra minn hekk, minkejja r-riżultati ħżiena ħafna li jġib, ix-xandir nazzjonali qed jibqa’ jagħtih il-programmi fil-ħinijiet prinċipali ta’ filgħaxija, u tagħhom jitħallas għexieren tal-eluf tal-ewro fil-ġimgħa, filwaqt li kull programm tad-diskussjoni ieħor li kien jattira udjenzi ferm akbar, tneħħa.

Permezz tal-kumpaniji tiegħu, Balzan jagħti wkoll konsulenza dwar ir-relazzjonijiet pubbliċi lil diversi ministeri u aġenziji tal-gvern.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
carlos
3 months ago

Greedy bal zan confirmed hypocrite.

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo