Il-gvern jirrifjuta li jipprovdi kopja tal-kuntratti tal-piloti u tal-ekwipaġġ tal-KM Malta

Read in English.

Il-kuntratti li KM Malta Airlines iffirmat mal-piloti u l-ekwipaġġ se jibqgħu mistura għax il-gvern għażel li jirrifjuta t-talba tal-libertà tal-informazzzjoni (FOI) li għamel The Shift f’ġieh it-trasparenza.

It-tweġiba għal dan ir-rifjut tal-informazzjoni tirreferi għal “interessi kummerċjali” u “protezzjoni tad-dejta”.

Barra minn hekk, il-gvern mar oltre u ddikjara li l-kriterji tal-pagi ma jitqisux li jaqgħu fid-definizzjoni ta’ “dokument” kif previst fl-Artikolu 2 tal-Kapitolu 496 tal-Liġijiet ta’ Malta.

The Shift kien qed jikkontesta r-rifjut tat-talbiet tal-libertà tal-informazzjoni li wasslu għal bosta sentenzi tal-Qorti li ddikjaraw li d-definizzjoni ta’ “dokument” ma kinitx qed tiġi applikata tajjeb min-naħa tal-gvern.

Il-gvern xorta waħda qed jibqa’ jinjora għalkollox is-sentenzi tal-qorti, u bosta ministeri differenti qed jibqgħu jipprovdu l-istess tweġiba. U dan qed jiġri saħansitra wara li l-ministeri jkunu talbu estensjoni taż-żmien biex jipprovdu t-tweġibiet għat-talbiet ta’ The Shift.

The Shift talab kopja ta’ kull kuntratt bejn il-gvern jew bejn il-linja tal-ajru KM Malta Airlines u l-piloti jew il-membri tal-ekwipaġġ li jaħdmu mal-KM Malta Airlines, inkluż iżda mhux biss il-kuntratti tal-impjieg tagħhom. The Shift talab ukoll biex jiġu żvelati l-kriterji tas-salarju tal-impjegati tal-KM Malta Airlines.

Fil-frattemp, KM Malta Airlines, kumpanija kollha kemm hi tal-gvern, għadha ma rrikonoxxiet lill-ebda union li kienet tirrappreżenta lill-impjegati tal-Air Malta, u sal-lum ma sar l-ebda ftehim kollettiv.

The Shift kien irrapporta li l-piloti u l-ekwipaġġ tal-Air Malta kienu ċċaqilqu lejn il-linja tal-ajru “l-ġdida” bil-kundizzjoni li jiffirmaw rinunzji legali li jwaqqfuhom milli jieħdu azzjoni legali biex jitolbu xi drittijiet tagħhom.

Dawn ir-rinunzji legali ġew iffirmati apparti l-kuntratti tal-impjieg il-ġdid mal-KM Malta, li jdaħħlu kundizzjonijiet tax-xogħol differenti minn dawk li kellhom mal-Air Malta.

Filwaqt li hemm bosta dubji u mistoqsijiet dwar l-operat tal-linja tal-ajru l-ġdida, din il-mossa ntradmet għalkollox taħt munzell silenzju min-naħa ta’ kull min hu kkonċernat.

Il-piloti u l-ekwipaġġ li kienu jaħdmu mal-linja tal-ajru l-antika lkoll jistgħu japplikaw għal impjieg mal-linja tal-ajru l-ġdida, iżda b’kundizzjonijiet differenti għax il-kuntratti mhux se jiġu ttrasferiti awtomatikament.

Qabel jiffirmaw dawn il-ftehimiet, l-impjegati prospettivi jridu jirrinunzjaw mill-kawżi legali attwali, iridu jaċċettaw offerti biex jissetiljaw, u jridu jiffirmaw rinunzji legali li jwaqqfuhom milli jfittxu legalment lil-linja tal-ajru l-ġdida jew l-antika.

Il-ftehim sekondarju li kien ġie ffirmat mal-piloti fl-2018 kien raġuni ewlenija għal dan kollu. Dak il-ftehim kien jagħti “garanziji ta’ impjieg” lill-piloti mill-gvern bl-istess kundizzjonijiet li jkollhom f’dak il-mument.

Il-ftehim sekondarju ta’ Konrad Mizzi mal-piloti.

Ftit ġranet qabel l-aħħar titjira tal-Airmalita, għadd ta’ piloti tal-Air Malta ma kinux baqgħu parti minn kawża li għaddejja bħalissa fil-qrati kontra l-Prim Ministru Robert Abela, u dan jixhed li dawn issetiljaw barra mill-qorti. Dan jixhed ukoll li tħallsu aktar flejjes minn but il-poplu biex jitwettaq ftehim sigriet li kienu għamlu mal-eks ministru diżonorat Konrad Mizzi u Robert Abela li kien l-avukat tal-gvern dak iż-żmien.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga ta’ Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo