Id-deckchairs fuq Kemmuna: il-ministru joħroġ it-tielet estensjoni mingħajr sejħa

Read in English.

Minkejja l-wegħdi li kien se jieħu azzjoni, il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo reġa’ ta t-tielet direct order konsekuttiva mingħajr sejħa għall-offerti lill-istess tliet negozji biex iħallihom jibqgħu joperaw b’mod irregolari fuq il-bajjiet ta’ Bejn il-Kmiemen (il-Blue Lagoon) u Santa Marija tal-gżira ta’ Kemmuna.

Wara xhur jissara biex ma jiżvelax ir-raġunijiet għalfejn ma kienx qed jieħu azzjoni, Bartolo finalment ammetta fil-parlament li s-sitwazzjoni din is-sena se tibqa’ l-istess.

Meta d-Deputat Għawdxi Chris Said għamel pressjoni fuq Bartolo biex jispjega għalfejn, bil-kontra ta’ dak imwiegħed fl-2022, ma ħareġ l-ebda sejħa għall-offerti għall-konċessjoni tal-art pubblika fuq din il-gżira mill-aktar imfittxija, Bartolo ħabbar li għal darb’oħra kien għadu kif estenda l-konċessjoni skaduta mingħajr sejħa.

Dan ifisser li t-tliet operaturi se jibqgħu jokkupaw l-art pubblika b’mod irregolari u, fost l-oħrajn, jibqgħu jikru d-deckchairs u l-umbrelel.

Mark Cutajar (ix-xellug) u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri (il-lemin).

Dawn l-operaturi huma Daniel Refalo, li jilbes il-kappell ukoll ta’ żviluppatur tal-proprjetà mal-kuntrattur Għawdxi ewlieni Joseph Portelli, Mark Cutajar, ħu l-MEP Laburista Josianne Cutajar u kanvażer tal-Ministru tal-Ippjanar Clint Camilleri, u Sandro Ciliberti, li jopera fil-bajja aktar kwieta ta’ Santa Marija.

Anki l-Ministru tat-Turiżmu stess għandu interess personali dirett f’Kemmuna peress li missieru hu wieħed mis-sidien tal-kumpanija Melliħija Pleasure and Leisure Ltd li ġġorr lit-turisti kuljum lejn il-Blue Lagoon bid-dgħajsa, negozju li jopera bl-isem “Oh Yeah Malta”.

L-NGOs ilhom żmien jiġu mwiegħda li se jiġu limitati n-numri tal-viżitaturi kuljum fuq il-gżira. Madankollu, il-ministru qatt ma kkummenta fuq din il-proposta u kien qal biss li kien qed iwettaq studju dwar is-sitwazzjoni. Dan l-istudju ilu għaddej mill-2022.

Il-protesti ma wasslu mkien

Wara l-protesti ta’ bosta NGOs, fosthom tal-Moviment Graffitti, dwar is-sitwazzjoni mwiegħra fuq il-gżira ta’ Kemmuna, Bartolo u l-Prim Ministru kienu qalu li kienet se tinħareġ sejħa għall-offerti għas-sajf tal-2022. Iżda minn dakinhar sal-lum, ma ġara xejn minn dan.

Għall-ewwel, Bartolo kien qal li kien tard wisq biex tinħareġ sejħa għall-offerti għas-sajf tal-2022.  Imbagħad fl-2023 kien qal li l-istudju li kien ikkummissjona kien għadu ma tlestiex. U issa li qed joqrob l-istaġun tas-sajf tal-2024, il-Ministru Bartolo reġa’ ħabbar din l-estensjoni għat-tielet darba u ddikjara li kienet ġiet approvata wara s-sena l-oħra saret “riorganizzazzjoni” tal-bajja.

Lil hinn mill-ġustifikazzjonijiet ta’ Bartolo għall-konċessjonijiet, l-użu tal-art xorta waħda jibqa’ “irregolari” skont il-liġi, u Bartolo għadu sal-lum ma ppubblika l-ebda perkors taż-żmien biex iwettaq il-wegħda tiegħu tal-2022 li joħroġ sejħa għall-offerti.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo