Jerġgħu joħorġu d-deckchairs fuq Kemmuna hekk kif il-pjan tal-ministru tħalla fil-kexxun

Clayton Bartolo kien wiegħed sejħa pubblika għal konċessjoni fl-2022

 

Read this article in English.

Issa li qed joqrob sajf ieħor, tliet persuni li skaditilhom il-konċessjoni għall-bajja ta’ Kemmuna se jerġgħu jdaħħlu flejjes ġmielhom hekk kif għat-tieni sajf konsekuttiv, il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo baqa’ ma ħareġ l-ebda sejħa pubblika għall-offerti dwar din il-bajja.

Bis-saħħa t’hekk, Daniel Refalo, soċju tal-iżviluppatur Joseph Portelli; Mark Cutajar ħu l-MEP Laburista Josianne Cutajar u kanvażer tal-Ministru Clint Camilleri; u Sandro Ciliberti, se jerġa’ jkollhom sajf ieħor biex japprofittaw mill-fatt li l-gvern naqas milli jikkontrolla l-abbuż attwali fuq Kemmuna.

Daniel Refalo u Mark Cutajar

F’Novembru 2022, wara bosta protesti tal-Moviment Graffitti kontra l-ikkapparrar illegali ta’ art pubblika, il-ministru tat-turiżmu kien ħabbar li l-MTA kienet waslet biex toħroġ sejħa ġdida għall-offerti dwar il-konċessjonijiet ta’ Kemmuna, u pjan fit-tul biex tirregola s-sitwazzjoni li nħolqot matul is-snin.

F’Mejju 2023, id-Deputati Nazzjonalisti Rebekah Borg u Albert Buttigieg fakkru lill-ministru dwar dan li kien iddikjara, madankollu Bartolo biddel il-pjanijiet tiegħu u qal li s-sejħa għall-offerti kellha tiġi posposta għas-sajf ta’ wara għax il-ministeru tiegħu kien għadu ma ffinalizzax il-pjan fit-tul għal dik il-gżira.

Tnax-il xahar wara, l-istess persuni li ilhom jużaw il-konċessjoni skaduta għal bosta snin, qed jerġgħu joħorġu d-deckchairs tagħhom fuq il-blat tal-Blue Lagoon, għax il-pjan fit-tul u s-sejħa għall-offerti mwiegħda mill-Ministru Bartolo baqgħu ma twettqux.

Il-ministru tat-turiżmu baqa’ ma weġibx il-mistoqsijiet ta’ The Shift għalfejn il-pjanijiet imwiegħda fl-2022 ma ġewx implimentati.

Fil-frattemp, ħemel ta’ mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru Bartolo li qed jitolbuh jippubblika kopja tal-konċessjonijiet relatati mal-ikkapparrar tal-art pubblika f’Kemmuna sal-lum għadhom ma tweġbux. Qed jinsisti li d-dokumenti huma “kummerċjalment sensittivi”.

Il-Ministru Bartolo għandu interess personali u dirett li kollox jibqa’ l-istess fuq Kemmuna.

Waħda mid-dgħajjes ta’ missier il-Ministru Bartolo sorġuta fil-Blue Lagoon.

Il-familja tiegħu, inkluż missieru, hija sid il-kumpanija Pleasure and Leisure Ltd, li matul is-sajf iġġorr it-turisti lejn il-Blue Lagoon f’bosta vjaġġi kuljum.

Il-kumpanija, li topera bl-isem Oh Yeah Malta, hi bbażata l-Mellieħa.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo