L-impjanti illegali tal-materjal tal-kostruzzjoni se jibqgħu għaddejjin bla permess għal mill-anqas 4 snin oħra

Read this article in English.

L-impjanti illegali tat-tarmak u l-konkos mifruxin madwar Malta u Għawdex se jibqgħu għaddejjin kif inhuma għas-snin li ġejjin, mingħajr regolamentazzjoni u fi stat ta’ illegalità. Dan joħroġ minn sett ġdid ta’ proposti li ressqet il-Ministru tal-Ambjent Miriam Dalli.

Wara proċess ta’ ħames snin biex tfasslu sett ta’ proposti għal regolamentazzjoni tal-impjanti tossiċi tal-materjal tal-kostruzzjoni – mibnija illegalment – Dalli issa qed tissuġġerixxi li kull impjant illegali jingħata “perjodu ta’ grazzja” ta’ erba’ snin biex jiġi konformi mar-regoli l-ġodda li għad iridu jiġu ffinalizzati.

F’tentattiv biex tirregolarizza l-impjanti illegali tal-materjal tal-kostruzzjoni, li ħafna minnhom jipproduċu t-tarmak jew konkos imħallat u lest, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) nediet “konsultazzjoni qasira”. Il-proposta, miftuħa għar-reazzjonijiet tal-pubbliku sa April li ġej, tiddikjara li meta r-regoli se jidħlu fis-seħħ – f’xi data mhux magħrufa – l-impjanti illegali se jkunu xorta jistgħu jibqgħu jaħdmu għal erba’ snin oħra qabel ma jkollhom jibdew il-proċess tas-sanzjonar billi jimlew applikazzjoni formali.

Il-maġġorparti ta’ dawn is-siti joperawhom żviluppaturi u kuntratturi kbar li diġà ilhom fis-siti illegalment għal bosta snin, xi drabi għal għexieren ta’ snin.

Toqba fl-abbozz tar-regolamenti l-ġodda li tagħti erba’ snin oħra lill-impjanti illegali tal-materjal tal-kostruzzjoni qabel ma jibdew japplikaw biex jirregolarizzaw l-operazzjonijiet tagħhom.

17-il impjant illegali pendenti mill-2019 ‘l hawn

Ħames snin ilu, fl-2019, il-ministru responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar ta’ dak iż-żmien, Ian Borg, kien ħabbar pjan biex jirregolarizza l-impjanti illegali tal-materjal tal-kostruzzjoni.

Wara bosta rappurtaġġi fil-midja dwar kif l-Awtorità tal-Ippjanar u entitajiet governattivi oħra ħallew lill-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli jibni impjant illegali tal-konkos fuq art pubblika f’Kerċem Għawdex, Borg kien wiegħed li kienet se tittieħed azzjoni kontra xi 17-il impjant.

“Jidher li għandna problema b’ħafna mill-impjanti tal-materjal tal-kostruzzjoni, inkluż dik [f’Għawdex]”, kien qal il-ministru tal-ippjanar f’Novembru 2019 dwar dik ta’ Portelli. “Jien għedt lill-Awtorità (il-PA) li ma jien se niddefendi lill-ebda illegalità,” kien qal Borg filwaqt li wiegħed azzjoni deċiżiva.

Minn dakinhar sal-lum, iżda, ma sar xejn, u kull impjant tal-materjal tal-kostruzzjoni li kien qed jopera illegalment fl-2019 għadu għaddej jopera illegalment sal-lum.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo