Eks ministri veterani jirċievu l-eluf tal-ewro kull sena bħala ‘mibgħuta speċjali’ tal-PM

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela qed iħallas għexieren tal-eluf tal-ewro fis-sena minn flus il-poplu lil żewġ eks ministri Laburisti, issa għandhom fuq is-sebgħin u fuq it-tmenin sena, biex jaġixxu bħala “mibgħuta speċjali” tiegħu, u dan allavolja ma ngħataw l-ebda kompitu reali speċifiku xi jwettqu.

L-eks ministru Joe Debono Grech ta’ 85 sena, li rtira mill-politika fl-2017 wara li qatta’ 50 sena fil-parlament, għadu impjegat fulltime u qed jirċievi €40,000 fis-sena permezz ta’ kuntratt għal kariga ta’ fiduċja li ngħata mal-prim ministru.

Il-kuntratt li ngħadda lil The Shift wara talba tal-libertà għall-informazzjoni (FOI) juri li Debono Grech jirċievi wkoll karozza mħallsa b’kollox, xufier u ħlasijiet għall-mowbajl. Jirċievi wkoll onorarja addizzjonali bħala membru tal-bord tal-kumpanija governattiva, il-Gozo Channel.

Min-naħa l-oħra, anki Louis Grech ta’ 76 sena u li sal-2017 kien id-deputat tal-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat, hu konsulent ta’ Robert Abela u qed jitħallas madwar €60,000 fis-sena permezz ta’ kuntratt li jiġġedded kull tliet snin.

Anki Grech qed jissejjaħ “mibgħut speċjali”, iżda b’differenza mill-kollega tiegħu Debono Grech, mhuwiex marbut ma’ impjieg fiss ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa.

Minflok, il-kuntratt ta’ Grech jiddikjara li jeħtieġ jaqdi doveri “kif mitluba mill-prim ministru fuq varjetà ta’ oqsma, fosthom l-Affarijiet Ewropej.”

Il-ħajra għall-ħajja politika ta’ Grech waslet ferm aktar tard matul ħajtu minn dik ta’ Debono Grech. Wara li qatta’ ħajtu fin-negozju u fl-ogħla karigi tal-eżekuttiv tal-kumpanija issa falluta l-Air Malta, hu kien ikkontesta l-elezzjoni tal-MEPs fl-2004 malli Malta ssieħbet fl-UE.

Wara li Muscat keċċa lid-deputat mexxej Laburista ta’ dak iż-żmien, illum l-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, lejliet l-elezzjoni tal-2013, Grech kien inħatar ministru minnufih malli l-Labour ħa l-poter f’idejh u eventwalment irtira fl-2017.

Minbarra r-remunerazzjoni tagħhom mingħand il-gvern għall-kariga tagħhom bħala mibgħuta speċjali, it-tnejn jirċievu żewġ pensjonijiet differenti kull wieħed.

Apparti l-pensjoni regolari mingħand l-Istat li tingħata liċ-ċittadini Maltin eliġibbli, Debono Grech u Grech jirċievu wkoll pensjoni oħra riżervata esklussivament għall-eks membri tal-kabinett.

Din it-tieni pensjoni privileġġjata m’għandhiex limitu u tiddependi fuq is-salarju attwali tal-ministri tal-gvern. Għalhekk tlaħħaq mal-€40,000 fis-sena.

Permezz ta’ dan l-introjtu tagħhom minn tliet għejun, dawn iż-żewġ politikanti veterani Laburisti jiksbu qrib il-€100,000 fis-sena kull wieħed.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest


2 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Toni Borg
Toni Borg
11 months ago

They can hardly walk or talk and yet, they continue to milk the treasury!!!

How can ever Labour accuse anyone else of corruption?????

Carlos Dimech
Carlos Dimech
11 months ago

U jien ghandi pensjioni CAPPED

Related Stories

Eks uffiċjal għoli tal-ħabs ġiet trasferita lejn il-Kunsill ta’ JPO b’kuntratt ta’ €61,000 fis-sena
Read in English. L-eks uffiċjal għoli fil-ħabs li f’Ġunju

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo