Aktar dewmien fil-bini tal-kumpless tal-pixxina fit-Tliet Ibliet li diġà sewa €14 miljun

Read this article in English.

Aktar dewmien min-naħa tal-gvern fit-tkomplija u t-tlestija tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, din id-darba wara diffikultajiet li nqalgħu fil-proċess tal-akkwist ta’ tagħmir mill-aktar essensjali li għadu nieqes minn din il-pixxina interna. L-isfida, li qed issir mill-kumpanija awdjoviżiva Cave Ltd., hi l-aħħar waħda f’saga twila ta’ dewmien, miri maqbuża, u żidiet qawwija fil-baġits li taqqlu l-proġett għal bosta snin.

Is-sitwazzjoni attwali tfisser li se jissokta d-dewmien sakemm il-kumpless jitlesta u jiġi attrezzat bit-tagħmir meħtieġ għall-għawm kompetittiv. Dawn il-faċilitajiet essenzjali għadhom neqsin mill-pixxina, u dan minkejja li l-gvern waqt l-inawgurazzjoni tal-kumpless f’Settembru li għadda kien assigura li din se jkollha dawk l-attrezzaturi mill-iżjed avvanzati.

Is-sejħa għall-kwotazzjonijiet biex ikunu jistgħu jinxtraw uħud minn dan it-tagħmir li għadu ma ġiex mgħammar fil-faċilitajiet, fosthom apparati għall-punteġġi u għall-kalkolu tal-ħinijiet, kienet inħarġet f’Ottubru li għadda. Notevolment jidher li din is-sejħa għamlitha l-Assoċjazzjoni tal-Isports tal-Ilma minflok SportMalta, l-aġenzija governattiva li tmexxi l-kumpless. Fl-ittra tagħha lill-Bord tal-Analiżi tal-Kuntratti Pubbliċi, il-kumpanija appellanti qed targumenta li l-proposta li ssottomettiet għas-sejħa tipprovdi soluzzjoni superjuri minn dik li għażlet l-Assoċjazzjoni, offruta mill-kumpanija kompetitriċi Alternative Technologies Limited. L-offerta ta’ €260,000 kienet ġiet approvata fit-18 ta’ Diċembru li għadda.

Fl-oġġezzjonijiet li ppreżentat għaxart ijiem wara, Cave Ltd. stqarret li l-proposta tagħha “tissodisfa u, f’ċerti aspetti mill-aktar kritiċi, tisboq l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fid-dokument tas-sejħa,”, filwaqt li tipprovdi “funzjonalitajiet aqwa.” Analiżi komparattiva teknika toħroġ fid-dieher “xi diskrepanzi potenzjali fil-proċess tal-evalwazzjoni” u talbet li ssir valutazzjoni mill-ġdid. Din l-isfida tfisser ukoll li issa l-każ se jkun qed jinstema’ quddiem il-Bord tal-Analiżi tal-Kuntratti Pubbliċi, tribunal semi-ġudizzjarju li jindirizza kwistjonijiet dwar il-kuntratti pubbliċi.

Is-smigħ se jwassal għal iżjed dewmien fit-tlestija tal-proġett li suppost kellu jitlesta fl-2020, qabel il-Logħob Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Malta f’Ġunju 2023.

Wara li nqabżu għalkollox iż-żewġ skadenzi, il-pixxina kienet ġiet inawguratata f’Settembru li għadda bi spiża ta’ €14-il miljun, jiġifieri €6 miljun iżjed minn kemm twarrbu fil-bidu.

Minkejja li dan it-tagħmir għadu mhux imwaħħal, il-kumpless issa mistenni xorta waħda jilqa’ l-kampjonati nazzjonali tal-għawm li huma skedati għal April li ġej.

Aktar kmieni The Shift kien irrapporta kif SportMalta kellha nuqqasijiet kbar fl-immaniġġjar ta’ diversi proġetti multimiljunarji għal kumplessi sportivi li suppost kellhom jinfetħu fiż-żmien opportun biex isir it-taħriġ u eventwalment jintużaw għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar. Fost dawn hemm il-kumpless tal-pixxina tat-Tliet Ibliet, il-pixxina tar-Rabat Għawdex li swiet lill-poplu €16-il miljun, il-kumpless tat-tennis f’Pembroke li sewa lill-poplu €3 miljun u l-proġett ta’ €9 miljun għal kumpless tal-isquash intern u l-weightlifting fil-Marsa.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo