L-eks kap ta’ San Vinċenz tingħata kariga oħra mal-gvern wara li rreżenjat “biex taħdem mal-privat”

Kap ġdida tal-OHSA qrib bosta skandli

 

Josianne Cutajar għadha kif ingħatat kariga oħra ta’ livell għoli mal-gvern, ftit ġranet wara li rreżenjat mill-kariga ta’ qabel bħala s-CEO tal-Isptar San Vincent De Paul (SVDP), l-akbar residenza pubblika għall-anzjani f’Malta, minkejja li kienet iddikjarat li kienet se titlaq mill-kariga preċedenti minħabba x-xewqa li terġa’ lura tippratika l-mediċina mal-privat.

F’ittra mibgħuta lill-ħaddiema kollha x-xahar l-ieħor, Cutajar, tabiba tal-familja, qalet li wara għaxar snin fit-tmun ta’ dik l-istituzzjoni dehrilha li kienet laħqet l-ambizzjonijiet kollha u ddeċidiet li ddawwar paġna ġdida billi tiddedika ruħha full-time għall-klinika privata tagħha.

“Issa wasal iż-żmien li nibdew esperjenza ġdida,” qalet Cutajar lill-ħaddiema tagħha fl-aħħar ittra, u li “hi x-xewqa u d-deċiżżjoni tiegħi li fi ftit ġimgħat nerġa’ nibda nikkonċentra l-enerġija kollha tiegħi fuq il-professjoni medika.”

Persuni mlaħħqa f’SVDP qalu lil The Shift li t-tluq ta’ Cutajar ma kienx sajjetta fil-bnazzi għalihom għax kulħadd jaf li ma kinitx milqugħa mill-Ministru għall-Anzjani Jo Etienne Abela.

“Kulħadd kien jaf li Cutajar ma kienx baqgħalha ħafna ġranet fit-tmexxija ta’ San Vinċenz, u allura hi ftit ironika li qaltilna li kienet se tirreżenja,” qalulna xi persuni f’karigi għoljin.

Xi impjegati qalulna, iżda, li s-sorpriża ħaduha meta l-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar li kien qed jaħtarha bħala s-CEO il-ġdida tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (l-OHSA).

Malli saru jafu b’dan mill-midja, xi impjegati tar-residenza li tkellmu ma’ The Shift qalulna li jħossuhom irrabjati u traduti minn Cutajar.

“Dan li jirrabjana,” qalulna dawn il-persuni mlaħħqin, “Mhux li telqet, imma li ppruvat tpinġiha li kienet qed tagħżel il-professjoni tagħha minflok dil-kariga. Għallinqas kien messha qalet il-verità!”

Legat ta’ skandli

Cutajar ħadmet ta’ tabiba tal-familja sal-2013, sakemm ingħatat dik il-kariga għolja fir-residenza SVDP u minn dakinhar ‘il quddiem kienet involuta f’sensiela ta’ skandli, wieħed wara l-ieħor tul l-aħħar għaxar snin fil-kariga. Fost dawn hemm każijiet relatati ma’ kuntratti, sejħiet għall-offerti u diskrepanzi fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

Fi skandlu skandalun fl-2017, il-gvern immexxi mill-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat kien ta direct order għal 15-il sena, li jiswa €274 miljun, għall-immaniġġjar ta’ estensjoni b’500 sodda f’San Vinċenz.

Dan il-kuntratt multimiljunarju b’direct order, assoċjat ma’ sejħa oħra għall-offerti li kien rebaħha konsorzju privat ta’ James Caterers u kumpanija sussidjarja tal-Grupp DB, aktar tard kien ġie investigat mill-Awditur Ġenerali u nstab li kien illegali.

Cutajar kienet involuta direttament fin-negozjati ta’ dan id-direct order, u f’każijiet oħra meta kuntratti multimiljunarji ‘dubjużi’ ngħataw b’direct order għal servizzi tat-tindif u tal-careers fir-residenza.

Barra minn hekk, filwaqt li baqgħet fil-kariga full-time tagħha f’SVDP, Cutajar kienet taħdem ukoll ta’ tabiba fil-privat bi ksur tar-regoli tas-servizz pubbliku u b’kunflitt ta’ interess, peress li ħafna mill-pazjenti tagħha kienu jkunu klijenti jew familjari ta’ klijenti f’San Vinċenz.

Minkejja li dan il-kunflitt ta’ interess issemma kemm-il darba minn uffiċjali għoljin tas-saħħa, inkluż mill-Prim Ministru Robert Abela, Cutajar xorta waħda baqgħet titħalla tipprattika fil-privat minn klinika f’Buġibba.

Bosta prattikanti tas-Saħħa u s-Sigurtà qalu lil The Shift li d-deċiżjoni ta’ Zrinzo Azzopardi li jaħtar lil Cutajar bħala s-CEO tal-OHSA hija stramba għax hi qatt ma ħadmet fis-settur u m’għandha l-ebda għarfien magħruf fil-qasam.

Cutajar miżżewġa lil ċertu Mario, impjegat ta’ Infrastructure Malta, membru attiv fil-Każin tal-Banda Lourdes tal-Qrendi, u magħruf ferm mad-dilettanti tal-festa tar-raħal. Il-Qrendi jaħbat ukoll fil-kostitwenza tal-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo