Fuq dak li kien spazju aħdar fil-Mellieħa se jinbnew tliet blokok tal-appartamenti

Paul Attard tal-GAP Holdings, li qed jipprova jibni tliet blokok tal-appartamenti fuq dak li kien spazju aħdar fil-Mellieħa, għadu kif applika biex din iż-żona tbiddel l-istatus tagħha ħalli jkun jista’ jwettaq il-proġett tiegħu.

Skont applikazzjoni tal-kontroll tal-ippjanar għaż-żona, li tinkludi 5,000 metru kwadru ta’ art mhux mittiefsa, qed isir tentattiv biex “tiġi stabbilita bħala żona tal-iżvilupp, bi 30% spazju pubbliku miftuħ, u biex isiru xi allinjamenti.”

Skont il-pjanti ppreżentanti, it-tliet blokok tal-appartamenti distinti se jinbnew fuq medda ta’ 3,500 metru kwadru.

Ftit żmien ilu The Shift kien żvela li Attard kiseb l-art fuq l-għolja tal-Mellieħa mingħand l-Awtorità tal-Artijiet permezz ta’ sejħa dubjuża wara li l-gvern iffirma kuntratt kontroversjali għall-bejgħ tal-art, filwaqt li injora għalkollox lil mijiet ta’ persuni li ppetizzjonaw kontra dan.

L-applikazzjoni tal-kontroll tal-ippjanar turi tliet blokok enormi ta’ appartamenti li jieħdu kważi l-ispazju kollu.

L-applikazzjoni għall-bdil fl-istatus taż-żona (PC/53/23) ġiet ippreżentata fl-aħħar t’Awwissu. Bħala żviluppatur prospettiv tal-art, Attard kien marbut legalment li jagħmel avviż lir-residenti biex jgħarrafhom bl-applikazzjoni.

Kopja tal-avviż miksub minn The Shift tikkonferma r-rapporti preċedenti dwar l-applicant, jiġifieri dwar T&S Property Holdings Ltd ta’ Attard.

L-avviż isemmi wkoll l-indirizz ta’ Plan Group Plc., kumpanija rreġistrata kollha kemm hi f’Awwissu li l-proprjetarji tagħha huma lkoll mill-familja Attard.

L-applikazzjoni tal-kontroll tal-ippjanar tirregola l-użu tal-art, it-tfassil tat-toroq u l-għoli tal-bini, iżda mhux lill-bini nnifsu, u għaldaqstant Attard għad irid jippreżenta applikazzjoni tal-ippjanar separata għall-proġett innifsu.

Permezz tal-kumpanija T&S Property Holdings Ltd, imwaqqfa ftit snin ilu flimkien ma’ Paul Vella, żviluppatur ieħor mill-Imġarr magħruf bħala Tal-Ballut, Attard rebaħ is-sejħa għall-offerti li ħarġet l-Awtorità tal-Artijiet għall-bejgħ ta’ spazju aħdar mifrux fuq medda ta’ 5,000 metru kwadru fiż-żona tal-Qortin fil-Mellieħa.

Din il-biċċa art pubblika ta’ 5,000 metru kwadru, li fiha se jiddeffsu għexieren ta’ appartamenti, inbiegħet għal inqas minn €400,000 b’ċens perpetwu li jista’ jinfeda wara 15-il sena.

Is-sejħa għall-offerti kienet iddisinjata apposta għall-kumpanija ta’ Attard, peress li fil-kundizzjonijiet tagħha ddaħħlet il-klawżola tad-dritt tal-ewwel rifjut li tagħti l-għażla lil Attard biex iqabbel kwalunkwe offerta kompetittiva oħra li tirċievi l-Awtorità tal-Artijiet.

Attard kiseb dan id-dritt wara li xtara biċċa art żgħira minn dik il-medda kollha mingħand żviluppatur ieħor ftit snin ilu.

Applikazzjoni tal-iżvilupp li s-sid ta’ qabel kien ippreżenta fl-2007 biex jibni sitt appartamenti bil-garaxxijiet taħthom fuq parti żgħira minn dik l-art, kienet irrifjutatha l-Awtorità tal-Ippjanar.

Għadu mhux magħruf iżda x’pożizzjoni se tieħu llum l-Awtorità tal-Ippjanar u kif se jiġu interpretati l-liġijiet tal-ippjanar meta Attard u s-sieħeb tiegħu fin-negozju jippreżentaw l-applikazzjoni l-ġdida tagħhom biex ibiddlu l-maġġorparti l-kbira ta’ dik l-art fi blokok tal-flettsijiet.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Alfred Mifsud
1 year ago

Please object for a huge building instead of open space for all.

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo