L-iskandlu tal-abbuż sesswali fl-MPO: jitella’ l-Qorti s-CEO talli bagħbas l-evidenza, ma ngħatax pleġġ

Lill-vittma tal-abbuż sesswali, Sigmund Mifsud allegatament ipprova jikkonvinċiha biex qabel ma ressqet l-ilment kriminali tagħha, tibdel il-verżjoni tagħha ta’ x’ġara

 

This article is available in English

Sigmund Mifsud, is-CEO tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, ġie akkużat li bagħbas ix-xhieda fl-iskandlu tal-abbuż sesswali li, minn mindu żvelatu The Shift News, lill-orkestra heżżiżha.

Lill-Mifsud, il-pulizija tellgħatu s-Sibt quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, u xlietu li uża vjolenza morali u/jew fiżjoloġika biex lill-vittma ġiegħlha tibża’ li se ssofri mill-vjolenza. Xlietu wkoll li bagħbas l-evidenza.

Xlewh wara li saru akkużi li lill-vittma pprova jikkonvinċiha biex tibdel il-verżjoni tagħha ta’ x’ġara qabel ma ressqet l-ilment kriminali tagħha dwar il-fastidju sesswali li kient qed issofri fi ħdan l-orkestra.

U hemm akkużi oħra wkoll kontra Mifsud, li laqqa’ l-impjegati kollha, u qalilhom li kull min jinqabad jitkellem dwar dan l-iskandlu, jitqies kompliċi.

Fil-qorti, Mifsud, li għandu 49 sena, stqarr li mhux ħati, imma xorta ma ngħatax pleġġ għax waħda mill-akkużi hi li pprova jbagħbas l-evidenza, u x-xhieda huma impjegati li jiġu taħtu.

Fi stqarrija li ħareġ il-Ministeru tal-Kultura, intqal li Mifsud, ex kandidat elettorali tal-Partit laburista, issospendewh b’nofs il-paga sakemm tinqata’ l-kawża kriminali. Il-Maestro Chris Muscat, is-CEO ta’ Teatru Rjal, tqabbad biex jagħmilha ta’ CEO minfloku.

Wara li The Shift żvelat l-fastidju sesswali u l-imġiba ħażina li kienu għaddejjin fl-orkestra, ittella’ l-qorti Għawdxi ta’ 31 sena u ammetta l-akkuża. Ingħata sentenza ta’ sena priġunerija, sospiża għal erba’ snin kif ukoll ordni li ma jersaqx lejn jew li jagħmel kuntatt u/jew jagħti fastidju lill-vittma għal hames snin.

B’ordni tal-qorti, ma jistax jixxandar la isem ir-raġel u lanqas dak tal-vittma tiegħu. Huwa ammetta li lill-vittma tiegħu ssoġġettaha għal atti ta’ intimità fiżika kif ukoll ta’ fastidju, ta’ aġir b’implikazzjonijiet sesswali u bl-użu ħażin tal-kommunikazzjoni b’mezzi elettroniċi.

Sadattant il-mużiċisti, l-amministraturi u l-membri tal-management tal-orkestra qed jitolbu li tittieħed l-azzjoni wara dak li żvelat The Shift, u qed jinsistu li jitkeċċa is-CEO Sigmund Mifsud talli pprova “jaħbi” l-akkużi meta l-vittma stess kienet qaltlu bihom xhur ilu.

Fl-ittra li biha tat ir-riżenja tagħha, u li The Shift ratha, lil Mifsud il-vittma qaltlu, “Lilek spjegajtlek kif is-saħħa fiżika u mentali tiegħi marret lura daqshekk malajr minħabba t-tensjoni eċċessiva ġejja mill-abbuż u minn ħafna inċidenti ta’ fastidju sesswali li ġraw kemm l-uffiċċju kif ukoll waqt ix-xogħol.”

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Joseph
Joseph
2 years ago

Ahjar wiehed jara kif jaghmel biex nitilghu skala ohra fl’arti Muzikali billi jiftah u jimrah f’Konservatorju Muzikali. Biex forsi xi darba nigu livell ta’pajjizi kbar. Dawn narawhom kuljum fl’internet kuncerti min studenti fil-pajjizi kollha tad-dinja. Igib ghajnejk wara widnejk bl’gherf li jgawdu dawn iz-zaghzagh. Tafu ghaliex ghax mhux il-politika l-ewwel li jaraw fejn hemm is-serjeta imma ghalliema edukaturi professjonalmemt.

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo