Il-konċessjoni pubblika tal-korsa tal-Marsa, jisfruttaha avukat

This article is available in English

L-avukat Pio Valletta approfitta ruħu billi biegħ l-ishma tiegħu f’konċessjoni pubblika għall-korsa taż-żwiemel tal-Marsa li kien innegozjaha fl-2017 mal-ex prim ministru diżonorat Joseph Muscat.

Il-proġett kien irreklamah Muscat bħala investiment privat fil-korsa li jleħħaq it-28 miljun Ewro. Però bħalissa, il-proġett huwa kompletament wieqaf u ma sar l-ebda investiment importanti fih minkejja l-obbligu li l-konċessjoni, il-proġett għandha tispiċċah fi żmien erba’ snin.

Din il-konċessjoni kienet kontroversjali billi inkludiet art pubblika li ma kinitx tagħmel parti mis-sejħa oriġinali għall-offerti. L-għotja kienet tinkludi opportunitajiet għall-iżvilupp spekulattiv, bħalma huma ir-restoranti u l-uffiċini. U minkejja n-natura dubjuża tagħha, għaddiet mill-Parlament fl-2019 bl-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra.

Lil The Shift, sorsi viċin il-korsa tal-Marsa qalulha li l-uniku żvilupp li sar s’issa kien it-trasferiment tal-ishma bejn ix-shareholders oriġinali ta’ din il-biċċa negozju, inkluż Pio Valletta li l-ftehim kien innegozjah ma’ Muscat.

Skont notifika rreġistrata fil-Malta Business Registry, l-avukat Valletta, il-proġett, issa telqu kompletament. L-ishma li oriġinarjament kellu, ittrasferihom lill-Consolidated Resources (Malta) Ltd u lill-kuntratturi tat-toroq F. Schembri and Sons, magħrufa aħjar bħala id-Dobbu.

Għadu mhux magħruf kemm qala’ Valletta minn din il-biċċa negozju, imma s-sorsi qalulna li rċieva somma sostanzjali allavolja ma kienx ħareġ sold meta twaqqfet il-kumpannija oriġinali.

Lil The Shift, is-sorsi qalulha li l-ishma, Valletta kien irċevihom bħala ħlas parzjali talli kien mexxa n-negozjati ma’ Muscat f’isem il-konsorzju oriġinali.

Dawn is-sorsi qalulna wkoll li x-shareholders l-oħra riedu jeħilsu assolutament minn kwalunkwe rabta’ ma’ Valletta.

Fl-istess ħin, taħt it-tmexxija ta’ Hugh Morshead, mill-kumpannija magħrufa għall-bejgħ tal-passaporti Henley and Partners, ix-shareholders irriorganizzaw l-ishma tal-kumpannija. Din suppost li fil-korsa qed tinvesti l-miljuni.

Il-Malta Racetrack Ltd twaqqfet fl-2017 biex il-konċessjoni pubblika teħodha f’idejha. Issa qed tikkontrollaha l-kumpannija Consolidated Resources (Malta) Ltd li sidha huwa l-kap ta’ Henley and Partners bis-saħħa ta’ kumpannija rreġistrata f’Jersey, refuġju mhux uffiċjali għat-taxxa.

Ix-shareholders l-oħra minoritarji huma F. Schembri &Sons li għandha 39% tal-ishma, il-kumpannija Irlandiża True to Type Ltd. li għandha 10 %, u ċ-ċittadin mir-Renju Unit Kusam Sharma, li għandu perċentwal ta’ 0.2 fil-mija.

F’Awwissu li għadda, ġew irreġistrati tliet kumpanniji ġodda bl-istess shareholders. Dawn huma l-  Malta Equidrome Development Ltd, il-Malta Equidrome Leasing Ltd u l-Malta Equidrome Ltd.

Johan Farrugia, min-naħa ta’ id-Dobbu, jagħmilha ta’ segretarju ta’ dawn il-kumpanniji kollha. Barra minn hekk huwa wkoll id-direttur ta’ skoss kumpanniji oħra li fihom huma mdaħħla l-familja, fosthom iċ-Cieffe Projects Ltd, il-Home Finder Ltd, Schembri Finance Plc u l-Ferretti Catering Ltd.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo