Il-ministru sieket hekk kif tikber is-sejħa biex il-pulizija jinvestigaw lil Infrastructure Malta

Id-direct orders bdew jingħataw lill-kumpanniji ta’ Jonathan Vella wara li ħuh Noel issieħeb mal-aġenzija bħala l-kap tal-implimentazzjoni

 

This article is available in English

Il-ministru Aaron Farrugia, responsabbli għal Infrastructure Malta, qed ikun issikkat biex jordna li ssir investigazzjoni kif imiss fl-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni sistematika in konnessjoni mad-direct orders li għandhom x’jaqsmu mal-proġetti tat-toroq li jiswew il-miljuni ta’ Ewro.

Din il-pressjoni qed tkompli tikber hekk kif il-ministeru tiegħu qed tasallu iktar informazzjoni dwar l-iskandlu li kixfet The Shift li jinvolvi l-public procurement fost il-qraba. Jista’ jkun li b’hekk inkixfu snin sħaħ ta’ korruzzjoni bil-kbir f’din l-aġenzija statali.

Imma s’issa l-ministru mhux qed jisma’ minn dawk ta’ madwaru u jdaħħal il-pulizija, għax jibża’ li dawn l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni jolqtu direttament il-qalba tal-gvern, inklużi ċerti ministri, membri tal-istess Kabinett.

Is-sorsi fi ħdan IM, lil The Shift infurmawha li wara li nkixef il-ġimgħa l-oħra kif id-direct orders qed  jeħduhom il-kumpanniji ta’ ħu Noel Vella, il-Kap tal-Implimentazzjoni, issa kemm il-ministeru kif ukoll l-uffiċju tas-CEO Ivan Falzon, qed taslilhom iktar informazzjoni ssostanzjata dwar dawn il-prattiċi korrotti.

Imma kemm il-Ministru Farrugia kif ukoll Falzon ma riedux iwieġbu meta The Shift staqsiethom jekk il-ministru kienx ordna li ssir investigazzjoni, jew kienx sejjaħ lill-pulizija biex l-uffiċji ta’ IM jispezzjonawhom ħa jaraw isibux l-evidenza.

Lil dawn iż-żewġ uffiċjali, li politikament u amministrattivament huma responsabbli għal IM, meta saqsejnihom kinitx sempliċement koinċidenza li ħu Noel Vella kien ħa b’kemm jiswew miljun Ewro f’direct orders, dawn it-tnejn baqgħu ma weġbux.

Lil The Shift, is-sorsi kkonfermawlha li kemm Farrugia kif ukoll Falzon ilhom il-ġimgħat jafu b’dawn l-allegazzjonijiet. Issa tawhom iktar evidenza u din turi li dawn mhux sempliċement allegazzjonijiet imma hemm fin-nofs sistema ta’ korruzzjoni li għandha tiġi investigata kif imiss.

L-informazzjoni bdiet ħierġa biss wara li Borg u Azzopardi ma baqgħux f’Infrastructure Malta

“Din l-informazzjoni kollha bdiet tasal għand dawn l-awtoritajiet il-ġodda issa li kemm il-Ministru Ian Borg kif ukoll Frederick Azzopardi m’għadx għandhom x’jaqsmu ma’ IM,” dawn is-sorsi qalu lil The Shift.

“Hemm ħafna iżjed li jista’ joħroġ fil-beraħ għax dis-sistema ilha għaddejja s-snin, u għadha qed titħaddem. Imma l-ministru jaf li hemm prezz politiku x’jitħallas jekk issir investigazzjoni serja kif imiss,” komplew jgħidulha dawn is-sorsi.

The Shift għandha informazzjoni li Noel Vella, uffiċjal ewlieni f’IM, iddaħħal fl-aġenzija governattiva tat-toroq bl-inizjattiva personali ta’ Frederick Azzopardi u ta’ Ian Borg, il-ministru li qabel kien responsabbli għal din l-aġenzija.

Jgħidu li għandu esperjenza kbira f’dan is-settur għax kien uffiċjal anzjan mal-Polidano Group li sidha huwa Charles Polidano magħruf bħala ċ-Ċaqnu. Diversi entitajiet tal-gvern, lil din il-kumpannija tawha kemm-il direct order.

Wara l-aħħar elezzjoni, Borg tneħħa minn dan il-ministeru li jkollu budget ta’ ħafna miljuni ta’ Ewro waqt li Frederick Azzopardi telaq ftit wara u mar jaħdem ma’ James Caterers bħala l-uffiċjal esekuttiv prinċipali.

Kien biss wara li Vella issieħeb ma’ IM li l-kumpanniji ta’ qrabatu ddaħħlu f’din is-sistema ta’ procurement

Minn iktar investigazzjonijiet li għamlet The Shift jidher li kien biss wara li Noel Vella issieħeb mal-aġenzija bħala l-kap tal-implimentazzjoni, li l-kumpanniji ta’ qrabat Vella, Darna Properties u JV Infrastructure, iddaħħlu f’dak li jissejjaħ il-qafas tas-sistema tal-kuntratti.

L-ewwel direct order inħarġilhom fl-ewwel nofs tal-2021, għal xogħol fi sqaq f’Ħaż-Żebbuġ, u kien jiswa 150,000 Ewro.

Darna Properties, Jonathan, li jiġi ħu Vella, huwa sidha bi sħab, waqt li JV Infrastructure, sidha bi sħab hija Amanda Muscat, is-sieħba ta’ Jonathan. Jeffrey Vella, negozjant minn Ħal Luqa huwa shareholder fiż-żewġ kumpanniji wkoll. Hu magħruf li huwa l-investitur prinċipali f’din l-intrapriża, u joħroġ il-flus biex jinxtara l-makkinarju għax-xogħol fit-toroq b’direct order li jirċievu.

IM ilha s-snin toħroġ il-miljuni ta’ Ewro f’direct orders mingħajr tender billi tuża dak li jissejjaħ ‘il-qafas tal-kuntratti’.

Is-sorsi f’IM qalulna li dan il-‘qafas’ huwa l-għodda prinċipali li qed jintuża biex jevitaw ir-regoli tal-public procurement u lill-ħbieb jagħtuhom il-kuntratti li jiswew il-miljuni ta’ Ewro.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo