Qed jinvestigaw lill-avukat ta’ Konrad Mizzi talli allegatament ittrasferixxa flus Yorgen Fenech għax-xiri tal-armi

L-awtoritajiet Amerikani aċċettaw talba għall-għajnuna minn għand l-AĠ fl-investigazzjoni dwar l-allegat xiri tal-armi minn Yorgen Fenech

 

This article is available in English

Qorti Amerikana talbuha tikkonferma l-ħatra ta’ kummissarju biex tagħrif mitlub minn Malta jottjenih b’taħrika – informazzjoni li għandha x’taqsam mal-proċeduri kriminali għaddejjin kontra Yorgen Fenech dwar l-allegat xiri ta’ armi mid-dark web.

Fil-21 ta’ Settembru, qorti distrettwali f’Delaware għarrfuha li l-awtoritajiet Amerikani kienu aċċettaw li din l-informazzjoni jgħadduha lil Malta bis-saħħa ta’ trattat iffirmat miż-żewġ pajjiżi.

Fl-14 ta’ Settembru, Malta kienet bagħtet ittra rogatorja biex titlob l-informazzjoni dwar “l-akkwist illegali ta’ armi” li kien għamel Fenech, “fit-13 ta’ Diċembru 2017 (jew għal dik il-ħabta), u fil-25 ta’ Novembru 2018.”

Lil Fenech qed jakkużawh ukoll li kkummissjona l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fis-16 ta’ Ottubru 2017.

Interessanti li t-talba ta’ Malta ma tiffukax biss fuq Fenech imma fuq l-avukat Aron Mifsud Bonnici ukoll. Mifsud Bonnici huwa magħruf li kien l-avukat ta’ Konrad Mizzi f’diversi skandli, u kien ingħata ukoll diversi ħatriet fejn seta’ jiddeċiedi kwistjonijiet kontroversjali.

“Skont l-awtoritajiet Maltin, fil-25 ta’ Novembru 2018, Fenech saqsa dwar il-possibbiltà li jixtri arma Glock u rifle awtomatiku Scorpion CZ għall-prezz ta’ 0.9 Bitcoin. Fl-istess data, mill-kontijiet tiegħu f’Coinbase u Poloniex, individwu ieħor, Aron Mifsud Bonniċi lil Fenech bagħtlu Bitcoin waħda, u minnha Fenech uża 0.9 Bitcoin biex xtara l-armi.” Hekk jgħid id-dokument li ssottomettew lill-qorti l-awtoritajiet Amerikani, waqt li jagħti iktar dettalji fuq tranżazzjonijiet oħra li hemm imniżżla.

Id-dokument ikompli jgħid li: “L-awtoritajiet Maltin qed ifittxu li jkollhom ir-records relevanti ta’ tranżazzjonijiet minn Coinbase u Poloniex, kemm fil-konfront ta’ Mifsud Bonnici kif ukoll ta’ Fenech. Poloniex u Delaware, it-tnejn huma korporazzjonijiet li għandhom aġenti rreġistrati f’Delaware.”

It-talba sottomessa lill-qorti Amerikana tgħid li Mifsud Bonnici kien li għadda l-Bitcoin li biha allegatament inxtraw l-arma u l-grenades.

L-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali Malti talab ir-records kemm ta’ Fenech kif ukoll ta’ Mifsud Bonnici għal dak li huma t-tranżazzjonijiet li jinkludu d-data dwar il-ħolqien tal-kontijiet, il-user ID, l-IP address history, l-ismijiet, id-data tat-twelid, in-numri tat-telephone, l-indirizz u l-email, kif ukoll il-biljetti u l-korrispondenza li jista’ jkun hemm.

Il-qorti Amerikana, issa mistennija din it-talba tapprovaha, u lill-aġenti Amerikani tal-infurzar tal-liġi tagħtihom il-permess biex l-informazzjoni li talbet Malta, jottjenuha b’taħrika.

Din it-talba għandha x’taqsam mal-każ fil-qorti li għadu għaddej, u li qed tippresedih il-Maġistrat Nadine Lia. Il-każ qed jinstema’ bil-magħluq u għalhekk il-pubbliku ma jistax isir jaf x’inhu għaddej fil-proċeduri.

Il-prosekuturi qed jgħidu li għandhom xhieda li Fenech saqsa dwar il-possibbiltà li jixtri pistola Glock u s-silncer, rifle Scorpion, żewġ grenades u 800 bullet minn għand fornituri online bil-black market. Għal dawn l-affarijiet ħallas billi uża l-cryptocurrency Bitcoin.

S’issa għad m’hemmx xhieda li dawn l-armi leħqu waslu Malta.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo