Lill-ex canvasser ta’ Evarist Bartolo, ‘l-istituzzjonijiet li jaqdu dmirhom’ ħelsuh

Read in English

L-ex canvasser ta’ Evarist Bartolo nħeles mill-akkuża ta’ tixħim, ta’ korruzzjoni u talli aċċetta eluf ta’ Ewro f’pagamenti illeċiti. Ma nħelisx għax ma kienx korrott, u lanqas għax il-flus ma ħadhomx.

Edward Caruana nħeles bis-saħħa tall-istrateġija familjari tal-prosekuzzjoni – kemm tagħmel taħwida fl-akkuża u l-qorti teħilsek.

U issa għandna lil xi ħaddieħor minn tal-Labour li mhux suppost jintmess, mgħaddas s’għonqu fil-ħmieġ, u jinħeles mirakolożament – illiberat minn kull akkuża. Lil Caruana xlewh bħala uffiċjal pubbliku. Għalkemm kien jaħdem fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (l-FTS) li hija entità tal-Gvern, skont il-ġudizzju tal-qorti, hu mhux uffiċjal pubbliku.

Il-maġistrat Donatella Frendo Dimech qatgħetha li Caruana ma seta’ “bl-ebda mod” jitqies uffiċjal pubbliku. Billi l-allegati reati attribwewhom lil Caruana bħala uffiċjal pubbliku, u dan “ir-rekwiżit essenzjali” ma ġiex ippruvat, il-qorti lanqas indenjat tindaga iżjed, u sempliċement, lil Caruana ħelsitu.

Il-ħelsien ta’ Caruana minn kull akkuża ġiet orkestrata b’mod metikoluż u eleganti bis-saħħa tax-xogħol iebes tal-istituzzjonijiet tagħna ‘li qed jaħdmu’. Mill-pulizija sal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, sal-qrati u sal-ministeru ta’ Evarist Bartolo.

Il-każ ta’ Caruana, għall-prosekuzzjoni, kellu jkun ħaġa fatta. L-ex CEO tal-FTS, Philip Rizzo, fuq l-atti kriminali ta’ Caruana, kien kiteb rapport ta’ xejn inqas minn mitejn faċċata. Il-pulizija ma kien baqagħlhom jagħmlu xejn. Fatturi foloz, irċevuti mhux iffirmati, u firem foloz – kellhom kollox f’idejhom.

U kieku stess, anki mingħajr ir-rapport ta’ Rizzo, kulma kellhom jagħmlu l-pulizija, imorru sar-Rabat u hemmhekk jiskantaw bl-iżvilupp enormi li għamel fil-kantuniera Edward Caruana: għaxar units residenzjali u għadd ta’ garaxxijiet, maħsub li jiswew b’kollox maż-żewġ miljun Ewro. U Caruana dan kollu bnih b’salarju bażiku u mingħajr ma ssellef mill-bank.

Lill-kuntratturi, Caruana għaddielhom personalment iktar minn b’kemm jiswew 8 miljun Ewro ċekkijiet, bi ksur sfaċċat tar-regolamenti. Ħames miljun Ewro punt ħamsa tħallsu lill-istess grupp ta’ fornituri li suppost kienu qed jaħdmu fuq skejjel f’Għawdex.

Fi żmien ftit ġranet li tqabbad Rizzo, Caruana ppreżentalu seba’ fatturi għal 25,000 Ewro biex japprovahomlu. Imma ma kien sar l-ebda xogħol għal dak il-ħlas.

Billi l-fatturi kollha kienu għal iżjed minn 2,500 Ewro, Rizzo ma setax japprovahom hu, u allura mar għand is-segretarju permanenti. Is-segretarju permanenti ma kien ħadd ħlief ħu Edward, Joseph Caruana.

Lil Rizzo, minflok ma urieh l-apprezzament tiegħu talli qajjem suspett dwar il-korruzzjoni ta’ Edward, Joseph irrabja miegħu bil-kbir. “X’taħseb li qed tagħmel?” qallu lil Rizzo. “Ma taħsibx li dawn (il-fatturi) ma nafx x’inhuma?”

Rizzo ltaqa’ mas-seba’ kuntratturi msemmija f’dawk il-fatturi. Huma dehru mifxulin. L-FTS ma kellha ttihom l-ebda flus u ma setgħux jifhmu dwar liema fatturi kien qed ikellimhom Rizzo.

Kuntrattur ieħor kien Joe Carabott: il-firma tiegħu kienet tidher f’waħda mill-fatturi għal xogħol li suppost sar fuq skejjel f’Għawdex. Imma huwa ċaħad li qatt għamel xi xogħol Għawdex. U kkonferma li l-firma fuq dik il-fattura ma kinitx tiegħu.

Carabott kien ħadem fuq l-iskola ta’ Ħad Dingli. Lil Rizzo infurmah li Caruana kien issikkah biex itih commission ta’ 3% fuq il-valur tax-xogħol, flimkien ma’  container ta’ 40 pied mimli madum li kellu jagħżlu Caruana stess.

Rizzo malajr sar jaf li Caruana kien qed jibni blokka kbira f’kantuniera r-Rabat. U skopra wkoll għaliex ried dak il-madum kollu.

Meta Rizzo, lill-ministru ta’ dak iż-żmien Evarist Bartolo, qallu b’dak kollu li kien żvela Carabott, Bartolo wegħdu li kien se jibgħat għal Carabott. Jumejn wara, lil Rizzo, Bartolo bagħatlu email biex jgħidlu li l-akkużi kollha, Carabott kien irtirahom.

Bartolo kien jaf dwar l-allegata korruzzjoni ta’ Caruana sa minn April tal-2016. Imma qabel ma beda xi tip ta’ investigazzjoni, stenna sal-aħħar t’Awwissu.

Għal ġimagħt sħaħ, lil Rizzo, Bartolo pprova jipperswadih biex il-każ ma jirrappurtahx lill-pulizija. Meta sfidawh, Bartolo ċaħad li l-ġustizzja kien ipprova jostakolaha, imma iktar tard ammetta li l-każ ma kienx irrappurtah immedjatament għax kien qed jistenna “evidenza konkreta”.

Fl-aħħar, f’Settembru tal-2016, Bartolo ordna li lil Caruana jittrasferuh mill-FTS għal fejn kien oriġinarjament. Imma minflok, ħu Caruana, is-segretarju permanenti, iddeċieda li jittrasferih għal ministeru ieħor, b’salarju ta’ 50,000 Ewro.

Ta’ min wieħed jgħid li lil ħu Caruana, il-Prim Ministru Robert Abela għażlu bħala l-kummissarju tat-taxxi meta flok lil Marvin Gaerty ħatar lil Joseph Caruana.

Meta Giovanni Vella, kuntrattur ieħor, lil Caruana rrappurtah talli talbu ħlas sigriet ta’ 30,000 Ewro, lil Vella l-pulizija kaxkritu lejn il-qorti, ftit jiem biss wara li għamel rapport Caruana fl-1 ta’ Settembru, 2015.

Lil Vella il-pulizija xlietu bid-defamazzjoni, imma lil Caruana lanqas biss ma investigatu. Kellhom jgħaddu iżjed minn tlett snin sa ma Vella nħeles minn kull akkuża.

Sadanittant, il-pulizija xorta lil Caruana ma ridux jinvestigawh. Għaddiet iktar minn sena minn meta lil Philip Rizzo, Evarist Bartolo u Joseph Muscat ippruvaw isikktuh, u xorta l-pulizija baqgħu m’għamlu xejn.

Wara li Caruana ssospenda lilu nnifsu imma s-salarju u l-perkaċċi kollha żammhom, baqa’ jibni l-blokka tiegħu fil-kantuniera fi triq Piju V r-Rabat.

Minħabba l-għadab tal-pubbliku talli naqset b’mod daqshekk ovvju milli tagħmel dmirha, lil Caruana, il-pulizija sa fl-aħħar xlietu. Imma minkejja li kellu l-assi ffriżati, f’Marzu tal-2018, l-appartamenti Caruana xorta ħariġhom fis-suq.

F’Novembru tal-2021, qabel ma l-każ tiegħu ġie deċiż, l-istess maġistrat li eventwalment ħelsitu, iddeċidiet li l-assi ta’ Caruana ma tħallihomlux iffriżati, ħlief għal 5000 Ewro li kienu f’idejn id-Direttur tal-Asset Recovery Bureau.

U issa, minħabba teknikalità u minħabba l-interpretazzjoni “stramba” tal-liġi li għamlet il-maġistrat, Caruana nħeles minn kull akkuża. U nħeles minħabba skuża mill-iżjed redikola – jekk huwiex uffiċjal pubbliku.

Mifxula b’din il-perversjoni grassa tal-ġustizzja tagħha stess, il-Qorti lill-kummissarju tal-pulizija ordnatu jinvestiga “lil kwalunkwe persuna li seta’ ppreżenta fattura falza”.

Dan l-istess kummissarju ukoll ordnawlu jipproċedi kontra l-uffiċjali tal-Pilatus – imma minflok, ħallihom jidħlu fil-pajjiż u jerġgħu joħorġu.

Ordnawlu wkoll lil Iosif Galea jarrestah, imma minflok ħallih imur fuq btala ma’ Joseph Muscat.

Ordnawlu jipproċedi kontra l-predeċessur tiegħu imma baqa’ m’għamel xejn. U lil Anton Refalo, it-tifkira ‘Victoria Regina’ ħallih iżommha.

Id-digriet tal-qorti li x-xhieda ta’ Ian Borg “ma kinitx kredibbli”, baqa’ ma tax kasu. U r-rapporti tal-FIAU dwar Konrad Mizzi nesihom ukoll.

Jekk l-istituzzjonijiet kollha jikkoperaw flimkien b’mod daqshekk effettiv biex saħansitra lill-canvasser ta’ Evarist Bartolo jeħilsuh, kif nistgħu nippretendu li Konrad Mizzi, Keith Schembri jew Joseph Muscat, il-ġustizzja qatt se jiffaċċawha?

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Joseph Agius
Joseph Agius
2 years ago

Nissoponi li l-magguranza tal-Maltin jarawha stramba hafna kif xi hadd li jircevi salarju ta’ 50,000 ewro mill-gvern mhux kunsidrat ‘ufficjal pubbliku’. U alluta tajjeb li xi hadd jispjega sewwa ghaliex.

Related Stories

Robert Abela kompromess u ma jistax jieħu passi fuq l-iskandlu tal-mara tal-ministru
Read in English. Is-sejbiet ta’ kundanna li ħarġu mill-investigazzjoni
ESKLUSSIVA Villa Rosa: il-gvern biegħ mogħdija ta’ €3 miljun lil Tal-Franciz għal €134,000
Read in English. The Shift jista’ jiżvela b’mod esklussiv

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo