Bix-xorti jew bit-tbagħbis? Mara minn Bormla, il-lotterija tal-VAT rebħitha mill-inqas 13-il darba f’sena

Ix-xahar l-ieħor biss, rebħet erba’ darbiet fi tlugħ wieħed bi 3 miljun biljett – u dan qed iwassal għall-kritika li l-lotterija mbagħbsa.

 

You can read this article in English here

Mara ta’ 64 sena minn Bormla aktarx li hi l-iktar waħda ffortunata f’Malta, jew inkella għandha sehem minn biċċa tbagħbis nobis: minn Jannar ta’ din is-sena ‘l hawn, l-irċevuti tagħha tal-VAT telgħu mill-inqas 13-il darba fil-lotterija ta’ kull xahar.

Xortiha, dil-mara, dehret b’mod speċjali fl-iktar tlugħ reċenti tal-lotterija li mexxew l-uffiċjali tal-ministeru tal-finanzi ix-xahar li għadda. Fi tlugħ wieħed bi 3 miljun irċevuta, f’xahar wieħed biss, rebħet erba’ darbiet, u qalgħet kważi 2,500 Ewro mill-fondi pubbliċi. L-ammont li tirbaħ jiddependi mill-valur tal-irċevuta.

Professjonisti tal-esperjenza, lil The Shift qalulha li huwa “matematikament impossibbli” li l-istess parteċipant jirbaħ daqshekk drabi f’lotterija b’miljuni ta’ biljetti.

“Billi m’għandniex provi, ma rridux noqogħdu nispekulaw, imma huwa ovvju ħafna li f’din il-lotterija hemm xi ħaġa verament sejra żmerċ.”

“Jekk il-ministru tal-finanzi jrid xhieda konkreta biex jikkonferma dak li kulħadd diġà jaf, kull ma jrid jagħmel hu li jara r-riżultat ta’ Ġunju. F’dik il-lotterija, fl-istess tlugħ, il-biljetti bin-numru tal-identità 791558M telgħu erba’ darbiet. Kieku l-affarijiet kienu kif suppost, dil-ħaġa ma jistax ikun li tiġri.”

Fl-aħħar tlugħ tal-lotterija f’Ġunju, l-istess ID tidher erba’ darbiet.

Minkejja dan it-tħassib ovvju, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ma ħa l-ebda passi. U qed jirrifjuta wkoll li jwieġeb għad-domandi.

The Shift saqsietu jekk għallinqas huwiex konxju ta’ dawn l-allegazzjonijiet li l-lotterija tal-VAT qed tkun imbagħbsa, imma l-ministru baqa’ ma weġibx.

Din il-lotterija kien varaha fis-snin disgħin il-Ministru tal-Finanzi ta’ dak iż-żmien, John Dalli. Kien hu li daħħal is-sistema ta’ tassazzjoni tal-VAT, li mbagħad l-oppożizzjoni Laburista kienet għamlitha ballun politiku. Il-lotterija kienet intiża bħala inċentiv biex min iħallas it-taxxa, l-irċevuti jiġborhom. Kienet miżura kontra l-evażjoni tat-taxxa.

Il-pubbliku għamlulu kuraġġ biex kull xahar, l-irċevuti tal-VAT jibgħathom lid-Dipartiment tal-Lottu, kif kien imsejjaħ dak iż-żmien, biex b’hekk ikun jista’  jieħu sehem f’lotterija li kellha mas-60,000 Ewro premjijiet kull xahar.

Kull xahar, fuq it-television, kienu jtellgħu għadd ta’ rċevuti, u r-rebbieħa kienu jieħdu mitt darba iżjed il-valur tal-irċevuta. L-irċevuti kienu jibqgħu jtellgħuhom sakemm tintleħaq is-somma ta’ 60,000 Ewro kull xahar.  U kien ikun hemm xi 30 rebbieħa fix-xahar.

Imma mbagħad il-lotterija ma baqgħetx tixxandar fuq it-television, u issa ilu s-snin li qed ikun hemm l-allegazzjonijiet dwar l-abbuż fit-tlugħ tagħha.

Fl-2018, f’din il-lotterija ta’ kull xahar, l-Uffiċju Nazzjonali tal-Awditjar kien sab għadd ta’ nuqqasijiet, fosthom id-daqs tal-urna. Din kienet żgħira wisq u l-irċevuti ma setgħux jitħalltu sew fiha.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

2 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Charles Cirillo
2 years ago

Min jirbah darba ma jistax jerga’ jirbah fl- tlugh

Paul Sullican
Paul Sullican
2 years ago

Ta min qabel ma nibaghthom, inhokkhom ma’ numru ta l ID taghha.

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo