Lil min jorganizza l-events tal-PL, Transport Malta tatu 20 direct order li jiswew 424,000 Ewro f’ġurnata waħda

Read this article in English here.

Il-kumpannija TEC li tieħu ħsieb il-loġistika għall-avvenimenti tal-massa tal-Partit Laburista, Transport Malta tatha daqs 20 direct order f’ġurnata waħda biss in konnessjoni mal-inawgurazzjoni tal-proposta ‘Malta Metro’ ta’ Ian Borg. Dan jirriżulta minn lista ġdida ta’ direct orders ippubblikata fil-gazzetta tal-gvern.

Mil-lista tal-kuntratti li Transport Malta tat is-sena l-oħra, meta kien għadu jikkontrollaha Ian Borg, jidher li fit-8 ta’ Novembru, 2021, inħarġu 20 direct order differenti, u l-valur tagħhom kien ivarja minn 7000 sa 46,000 Ewro. Parti mill-avveniment kienet tinda fid-daħla tal-Belt li tqiegħdet hemm xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali.

Dawn id-direct orders kienu kollha mmarkati ‘Malta Metro’, terminu ġenerali li tuża Transport Malta biex ma jkollhiex għalfejn tagħti dettalji speċifiċi dwar kull direct order, u l-valur totali tagħhon leħaq mal-424,000 Ewro.

Id-direct orders li ngħataw lil TEC Ltd fit-8 ta’ Novembru – L-ewwel parti

Id-direct orders li ngħataw lil TEC Ltd fit-8 ta’ Novembru – It-tieni parti

L-avveniment prinċipali biex jinawgura l-proposta ‘Malta Metro’ sar fit-2 t’Ottubru 2021, imma d-direct orders kollha approvawhom u ħarġuhom xahar iktar tard. Dan juri li dawn il-kuntratti, Transport Malta assenjathom lill-kumpannija ta’ Charles Magro qabel ma kellha l-approvazzjoni meħtieġa.

L-informazzjoni ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tistona wkoll mal-informazzjoni li ta l-Ministru Ian Borg lill-Parlament.

Fl-istess jum (it-8 ta’ Novembru 2021) li l-ministeru tal-finanzi dawn l-20 direct order approvahom, il-Ministru Borg, li dak iż-żmien kellu r-responsabbiltà ta’ Transport Malta, lil-parlament infurmah li l-inawgurazzjoni tal-proposta tal-metro, lill-gvern kienet swietlu 77,000 Ewro. 

Meta l-ispejjeż li ġew f’idejha The Shift u li ssemmew fil-Parlament, wieħed jarahom waħda waħda, jinduna li l-ebda waħda mill-20 direct order mogħtija lil TEC, m’hija inkluża.

Il-mistoqsija parlamentari li biha Ian Borg intalab jagħti l-informazzjoni dwar l-ispiża ta’ Metro Malta

Minflok, issemmiet direct order oħra li ngħatat lil TEC, u f’dal-każ, mit-taxxi tagħna ntefqu 26,000 Ewro biex inkriet tinda.

S’issa għadu mhux magħruf x’servizzi ngħataw b’dawn l-20 direct order differenti.

Kien hemm ħlasijiet oħra li semma l-ministru: 4,750 Ewro lil iCreate Ltd (kumpannija oħra ta’ Magro) għall-istampar; 300 Ewro lil Pablo Micallef (direttur tal-bord tal-PBS, preżentatur fuq it-TV u kelliem għall-Water services) talli għamilha ta’ compere fl-inawgurazzjoni; 2,320 Ewro lill-Busy Bee għar-riċeviment; 15,390 Ewro lill-aġenzija tal-PR Pure Concepts u 18,557 Ewro lil iLab għall-inkwatri tar-ritratti.

Skont l-informazzjoni li tidher s’issa, il-pubbliċità għal din il-proposta diġà swiet iktar min-nofs miljun Ewro mit-taxxi tagħna.

Il-Ministru Ian Borg huwa magħruf li jqassam mhux biss kuntratti li jiswew il-miljuni ta’ Ewro imma direct orders ukoll, imma issa, wara l-elezzjoni ġenerali, tneħħa mill-ministeru tal-infrastruttura (responsabbli għall-infiq kbir) u sar ministru għall-affarijiet barranin. Tradizzjonalment dan il-ministeru jkollu budget żgħir u m’għandu l-ebda responsabbiltà għall-proġetti kapitali.

 

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Opinion: Wanton vandalism
In 2021, Afghanistan’s Taliban blew up the ancient statues
Pjazza Teatru Rjal: Poor governance, spiralling costs
Pjazza Teatru Rjal has come under financial scrutiny following

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo